Possibbiltá li Cristiano Ronaldo jista’ jħalli lil Manchester United

0
760

Cristiano Ronaldodiġà qed jiġi msemmi li jista’ jiċċaqlaq lil hinn minn Manchester United erba’ xhur biss wara li reġa’ ngħa­qad magħ­hom.

Il-midja Ingliża rrapportat li Ronaldo jista’ jitlob biex jitlaq jekk il-United jonqsu milli jikkwalifikaw għaċ- Champions League tas-sena d-dieħla.

Minkejja li Ronaldo salva lit-team f’bosta okkażjoni­jiet, il-club jinsab fis-sitt post tal-klassifika tal-Premier Lea­gue wara li dan l-aħħar ġie megħlub mir-rivali Liverpool u Manchester City.

Infatti l-eks manager Norveġiż, Ole Gunnar Solskjaer, kien f’riskju meta l-club kien ħames punti ‘l bogħod mill- postijiet taċ-Champions Lea­gue, u ftit li xejn intwerew sinjali li jissuġġerixxu l- kwalitá ta’ titjib fil-forma meħtieġa biex tintlaħaq il- kompetizzjoni ewlenija tal-clubs tal-Ewropa. Tant hu hekk li Solskjaer ġie mkeċċi wara tliet snin.

Bħala wieħed mill-akbar stilel tal-football li qatt kien hawn, Ronaldo lagħab fiċ- Champions League f’kull staġun tal-karriera tiegħu, u rebaħ it-trofew prestiġjuża f’ħames okkażjonijiet – darba waqt l-ewwel perjodu tiegħu mal-United, u erba’ darbiet ma’ Real Madrid.

Il-ġurnali jirrapportaw li l-prospett li jilgħab fl-Europa League, il-kompetizzjoni sekondarja tal-clubs Ewropej, huwa wieħed li Ronaldo jsibha diffiċli biex iniżżel.

Huma rrapportaw ukoll li inizjalment Ronaldo qal li ried jibqa’ mal-club għal tlieta jew erba’ snin, iżda bassar li jekk il-United jonqsu milli jikkwalifikaw għaċ- Champions League allura jista’ jfittex il-bieb ta’  barra.

Ġie anke ssuġġerit li Ronal­do jista’ jingħaqad ma’ wieħed minn ħames clubs jekk iħalli lil United b’wieħed minnhom jista’ jkun ir-rival mill-istess belt, Manchester City, li Ronaldo resaq viċin li jingħaqad magħ­hom fis-sajf qabel ma fl-aħħar għażel in-naħa l-ħamra tal-belt.

Ronaldo kien rappurtat li kien fix-xifer biex jiċċaqlaq lejn is-City qabel ma l-United daħlu biex jiffirmaw mill-ġdid lill-player li deher l-aħħar darba għalihom fl-2009.

Iżda jidher li l-bieb mhux magħluq għal mossa għal Ronaldo lejn l-Etihad Sta­dium bis-City għadhom ifittxu attakkant wara li fis-sajf tilfu lil Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur.

Jistgħu jissemmew ukoll Real Madrid, Paris Saint-Germain, Sporting Lisbon u Inter Miami ta’ David Beckham, li kollha jistgħu jkunu destinazzjonijiet possibbli għall- attakkant Portugiż.