Friday, November 15, 2024

Possibbiltá li Neymar jista’ jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Neymar deher jibki fi tmiem ir-rebħa ta’ 2-0 fuq is-Serbja fl-ewwel partita tal-Brażil ta’ din l-edizzjoni wara li ġie sostitwit minħabba li sofra injury fl-għaksa. 

Huwa se jiġi evalwat il-Ġimgħa fejn l-istaff mediku jinsabu ottimist li l-attakkant ta’ Paris St Germain jista’ jkompli jilgħab f’dan it-tournament. 

“Ninsabu fiduċjużi li Neymar se jkompli jilgħab fit-Tazza tad-Dinja,” insista l-coach Tite.

Il-player ta’ 30 sena ġie sostitwit fit-80 minuta tar-rebħa ta’ 2-0 ta’ nhar il-Ħamis wara li ttakiljat minn Nikola Milenkovic.

Huwa poġġa bilqiegħda b’wiċċu mgħotti waqt li kien qed jirċievi l-attenzjoni medika fejn filmati wrew li l-għaksa tal-lemin tiegħu kienet minfuħa ħafna.

“Ma rajtx li Neymar weġġa’ …  anzi huwa wera determinazzjoni biex ikompli jilgħab qabel ma beda jzappap,” qal il-coach Brażiljan.

Il-logħba li jmisshom hija dika kontra l-Isvizzera, nhar it-Tnejn li ġej. 

It-tabib tas-Selecao, Rodrigo Lasmar, qal: “Il-Ġimgħa rridu nivvalutaw il-gravitá tal-injury ta’ Neymar.  Irridu nistennew, ma nistgħux nagħmlu kummenti prematuri.”

Neymar sofra numru  ta’ injuries f’siequ l-leminija matul dawn l-aħħar snin …. u għaldaqstant teżisti l-biżgħa li jista’ jitlef il-kumplament ta’ dan it-tournament. 

Ekonomija

Sport