Wednesday, March 27, 2024

L-Ingilterra jfittxu l-ewwel rebħa kontra l-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Friski mir-rebħa kbira ta’ 6-2 kontra l-Iran, minn Grupp B, il-Ġimgħa fit-8.00 pm,  l-Ingilterra, jiffaċċjaw lill-Istati Uniti, li kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra l-ġirien tal-istess Ingliżi, Wales.

Fatt kurjuż huwa li l-Ingilterra għadhom ifittxu l-ewwel rebħa kontra l-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja.

Bukayo Saka kien fost l-iskorers għall-Ingilterra meta skorja doppjetta, bħalma kien Jude Bellingham, li kellu prestazzjoni brillanti. Harry Maguire, li rreġistra assist, ħareġ wara li ħassu ma jiflaħx, iżda għandu jkun tajjeb biex iżomm postu. Jekk le, Eric Dier jista’ jiġi inkluż flimkien ma’ sieħbu John Stones.

Fir-rigward tal-Istati Uniti, huma kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Wales, u għaldaqstant għandhom punt wieħed. Timothy Weah skorja l-uniku goal tagħhom u għandu jżomm postu fl-attakk. Weston McKennie u Yunus Musah jisnabu dubjżi wara li ġew sostitwiti minħabba injury, iżda jistgħu jerġgħu jiġu utilizzat mill-bidu.

Għall-Ingliżi, Kyle Walker qed jitħarreġ wara problema fil-groin, iżda ilu ma jilgħab mid-derby ta’ Manchester, fil-bidu ta’ Ottubru li għadda u x’aktarx jerġa’ ma jkunx utilizzat.

James Maddison bħalissa qed jitħarreġ ‘il bogħod mill-iskwadra u ma deherx kontra l-Iran. Huwa improbabbli li jibda kontra l-Istati Uniti, iżda jista’ jkun fuq il-bank.

Il-manager, Gareth Southgate jista’ jibda bl-is­tess formazzjoni li beda biha kontra l-Iran, wara prestazzjoni impressjonanti fid-dipartimenti kollha.

Madankollu, Harry Kane għandu jsirlu test aħħari minħabba li fil-partita preċedenti huwa sofra injury ħafifa fl-għaksa.

Min-naħa tal-Istati Uniti, Luca de la Torre kien qed jirkupra minn injury fil-hamstring, iżda kien disponibbli minn fuq il-bank kontra Wales. Il-fatt li baqa’ jilgħab u deher f’siktu jista’ jfisser li jiġi utilizzat fil-formazzjoni inizjali.

Ekonomija

Sport