Tuesday, April 23, 2024

Wales jibdew favoriti kontra l-Iran

Aqra wkoll

Minn Grupp B, il-Ġimgħa fil-11.00 am, Wales jibdew favoriti meta jiffaċċjaw lill-Iran fl-ewwel logħba tal-lum.

Huma salvaw punt kontra l-Istati Uniti, u reb­ħa tista’ tagħtihom ċans tajjeb li javvanzaw, meta wieħed iqis li l-Ingilterra jikkwalifikaw għar-round li jmiss jekk jegħlbu lill-Istati Uniti.

Fir-rigward tal-Iran, telfa għalihom tkun tfisser it-tmiem tal-avventura tagħhom tat-Tazza tad-Dinja, u għalhekk se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jiksbu r-rebħa. Medhi Taremi skorja doppjetta fit-telfa tagħhom ta’ 6-2 kontra l-Ingilterra u mistenni jerġa’ jkun it-theddida ewlenija għad-difiża ta’ Wales.

Għad-’Draguni’ Joe Allen reġa’ qiegħed jitħarreġ ħafif, hekk kif qed ikompli jirkupra minn injury fil-hamstring, iżda x’aktarx li mhux se jkun utilizzat f’din il-logħba.

Harry Wilson u Ethan Ampadu sofrew injury fl-aħħar partita u jisnabu dubjużi. Kieffer Moore x’aktarx jibda mill-ewwel.

Min-naħa l-oħra għall-Iran, Sardar Azmoun jista’ jkun utiliizat mill-bidu, hekk kif ħareġ minn fuq il-bank tas-sostituti kontra l-Ingilterra.

Il-goalkeeper, Alizera Beyranvand, sofra kon­kussjoni kmieni kontra l-Ingilterra u x’aktarx se jitlef il-partita, b’Hossein Hosseini mistenni jiġi utilizzat minfloku.

Sport