Thursday, April 18, 2024

Partita bejn timijiet li rebħu l-ewwel partita tagħhom … u għaldaqstant viċin ukoll il-kwalifikazzjoni

Aqra wkoll

Biż-żewġ naħat jiksbu rebħa fl-ewwel logħba tagħhom, minn Grupp A, il-Ġimgħa fil-5.00 pm, l-Olanda u l-Ekwador jaffrontaw lil xulxin fejn rebħa tpoġġihom fix-xifer tal-kwalifikazzjoni għar-round tal-Aħħar 16.

L-Olanda tħabtu biex jinfdu d-difiża Senega­liża għal 84 minuta sakemm goal ta’ Cody Gakpo naqqas il-pressjoni minn fuqhom biex imbagħad issiġillaw ir-rebħa fil-ħin miżjud.

Min-naħa l-oħra, l-Ekwador setgħu jieħdu vantaġġ mit-team dgħajjef tal-Qatar u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu minn doppjetta personali ta’ Enner Valencia li jinsab dubjuż għal din il-partita wara li ħareġ izappap fit-tieni taqsima.

L-Olanda jibdew bħala favoriti, iżda l-Ekwador se jkollhom il-moral għoli wara r-riżultat miksub fl-ewwel logħba tagħhom kontra l-Qatar.

Għall-Olanda, Memphis Depay u Marten De Roon, li fil-logħba preċedenti ġew utilizzati bħala sostituti, jistgħu jibdew mill-bidu.

Min-naħa l-oħra, il-coach tal-Ekwador, Gustavo Alfaro, jista’ jutilizza lil Michael Estrada minflok Valencia.

Ekonomija

Sport