Wednesday, April 24, 2024

Partita bejn timijiet li tilfu l-ewwel partita tagħhom

Aqra wkoll

Biż-żewġ timijiet ġejjin minn telfa, il-Qatar u s-Senegal, il-Ġimgħa fis-2.00 pm minn Grupp A,  se jkunu qed jittamaw li jiksbu l-punti fit-tieni logħba tagħhom. Telfa għal kull naħa tista’ timmarka t-tmiem tal-kampanja tagħhom jekk l-Ekwador u l-Olanda jiksbu riżultat ta’ draw.

Il-Qatar m’għandhom l-ebda problemi ta’ injuries u għandhom skwadra sħiħa minn fejn jagħżlu. Il-manager Felix Sanchez jista’ jagħmel bidliet mit-team li tilef l-ewwel logħba, bit-tama li jkollhom wirja aħjar.

Fir-rigward tas-Senegal, Edouard Mendy, li kkommetta żewġ żbalji li wasslu biex l-Olanda jiskurjaw u jirbħu, għandu jkompli bejn il-lasti. Abdou Diallo u Cheikhou Kouyate spiċċaw imweġġgħin u jinsabu dubjużi.

Is-Senegal kellhom iċ-ċansijiet tagħhom kontra l-Olanda u anke kien hemm perjodu fejn fetħu pressjoni fuqhom. Għaldaqstant il-wirja tagħhom kien aktar impressjonanti minn dik tal-Qatar kontra l-Ekwador u għaldaqstant jibdew bħala favoriti.

Sport