Tuesday, December 24, 2024

Possibbiltà li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ma ssirx?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltà li l-fażi finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Arikani tista’ ma ssir minkejja li l-organizzaturi qed isostnu li t-tournament xorta waħda se jintlagħab. Dan minħabba li l-virus tal-varjant tal-Omicron qed jinfirex madwar il-kontinent b’mod allarmanti. 

Dan it-tournament se jingħata bidu fid-9 ta’ Jannar u jintemm fis-6 ta’ Frar u se jintlagħab fil-Kamerun liema pajjiż qed jiġi identifikat bħala żona ħamra. 

U filwaqt li għad fadal biss ftit ġimgħa biex issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ bosta huma dawk il-clubs Ewropej li huma xettiċi jekk jibagħtux il-players tagħhom minħabba li meta wara l-pajjiż tagħhom jiġi eliminat hemm riskju kbir li jridu josservaw kwarantina ta’ ġimgħatejn.

Bħalissa għad hemm konfużjoni dwar is-sitwazzjoni, bi pressjoni li tidher li qed tinbena hekk kif kull pajjiż qed jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji u teżisti wkoll possibbiltá kbira li jistgħu jingħalqu l-ajruporti biex ma jkunx hemm ivvjaġġar. 

Il-kumitat organizzattiv tat-tournament iltaqa’ mal-CAF fl-aħħar ta’ Ottubru biex jiżvela l-pjan tagħhom f’rapport ta’ tħejjija għat-tournament.

Il-kumitat ħabbar li kien hemm bżonn ‘attenzjoni urġenti’ biex il-kompetizzjoni timxi ‘l quddiem mingħajr periklu.

Kien sostnut minn RMC Sport fi Franza li l-Federazzjoni Ċentrali Afrikana (CAF) setgħet ġiet sfurzata li tista’ l-biċċa l-kbira, li se ssir fil-Kamerun u għandha tibda fid-9 ta’ Jannar u tibqa’ għaddejja sas-6 ta’ Frar.

Iżda l-organizzaturi huma sod li l-AFCON se ssir, fadal ġimgħat biss għall-ewwel logħba – jiġifieri għadd ta’ plejers tal-Premier League, fosthom Mohamed Salah ta’ Liverpool u Sadio Mane, huma lesti li jħallu l-klabbs tagħhom f’nofs l-istaġun.

Ekonomija

Sport