Tuesday, February 11, 2025

“Possibilità li l-missier ikkorrompa lil bintu… Proċeduri kriminali kontrieh ma avvanzawx għax telaq mill-pajjiż”

Tifla żgħira b’filmati għarwiena u b’mossi provokanti

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Filmati li kienu ttieħdu minn tifla, f’liema filmați hi tidher għarwien u tagħmel mossi provokanti, wasslu biex id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jiftaħ investigazzjoni dwar dan. Fuq dn il-każ li l-Qorti irrimarka li hemm il-possibilità li r-raġel ikkorrompa lil bintu, hemm proċeduri ta’ natura kriminali pendenti imma li dawn ma avvanzawx għax ir-raġel telaq mill-pajjiz fil-21 ta’ Lulju tas-sena tas-sena 2021.

L-omm tgħid li meta iltaqghet mar-raġel tagħha, li huwa Rumen, huwa kien qieghed joqgħod u jahdem Malta u kien diga’ separat b’żewġt itfal. Wara tlettxhur huwa tela’ r-Rumanija biex jikseb id-divorzju u kif ġie lura pproponilha biex jiżżewġu. Hi ħasset li kien wisq malajr peress li kienu ilhom joħorġu flimkien għal tlett xhur biss, anke jekk issa kienu qegħdin joqogħdu flimkien f’appartament tagħha.

Sakemm twieldet it-tifla, kollox kien sew bejniethom iżda wara li t-twelid, huwa beda jagħmel ġranet sħaħ barra mit-Tnejn sal-Ħadd u ma jgħin bl-ebda mod.

Irrakkontat episodju meta telgħu r-Rumanija għat-tieg tal-familja tiegħu u qamet bil-lejl u rat lir-raġel imiss sieq it-tifla ta’ oħtha li kienet rieqda magħha. Xhur wara, oħtha kienet iġġieldet magħhom għax hu ma kienx miss lit-tifla tagħha darba biss u ma kienx miss saqajha biss. Dakinhar hi kienet keċċietu mill-apartament tagħha iżda t-tifla tagħhom bdiet tibki għalih u għalhekk effettivament ma kienx telaq. Saret taf li hu kien skuża ruħu mar-raġel t’oħtha. Minn dak iż-żmien, ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkissret speċjalment ir-relazzjonijiet intimi u r-raġel kien jissuspetta ħażin fiha.

Tgħid li dejjem hi ħadet ħsieb il-bżonnijiet ta’ binthom minuri għax hu kien dejjem jgħid li kien ikun ix-xogħol. Id-diffikulta li l-omm sabet ruha fiha minħabba l-ghemil tar-raġel, kellu impatt negattiv fuq il-familjari tagħha li sarraf li ma baqgħetx issib għajnuna fit-trobbija tat-tifla mingħandhom u għalhekk meta kien ikollha l-impenji tagħha, kien ikollu jiġi mix-xogħol qabel il-waqt u joqgħod mat-tifla hu.

L-omm tirrakonta kif darba f’Awwissu tas-sena 2019 kien mar lura ir-raġel u beda jitmasħan magħha u insista li hi kienet ħadet sehem f’film pornografiku. Dakinhar tant kien eskala l-argument, li kienet talbet l-assistenza tal-Pulizija iżda meta talbuha tmur tagħmel rapport hija rrifjutat. Dan għax l-omm kienet diġa’ għaddiet minn esperjenzi simili meta kienet għadha iżgħar u kienu esperjenzi negattivi għaliha.Tiftakar li bdiet tibża’ li l-raġel ser jweġġagħa għax mhux l-ewwel darba li kien heddidha. Infatti kien hemm inċident f’Diċembru meta hu kien qabadha minn għonqha u beda jifgaha u waqaf biss hekk kif daħlet it-tifla fil-kamra.

Tgħid li kienu għall-btala fir-Rumanija meta t-tifla tal-partijiet żvelat li kienet rat u misset l-organu sesswali ta’ missierha meta kienet għadha iżgħar. L-omm ikkonfrontat lill-missier izda hu ma tkellem xejn. F’April tas-sena 2020, ommha kienet urietha vidjo li kienet ghamlet bint il-partijiet bil-parti privata tagħha esposta. Kienet l-omm stess li ċemplet u talbet l-assistenza tad-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal iżda l-investigazzjoni ingħalqet li l-minuri kienet esposta għal ħafna materjal fuq l-internet. Kienu rrakomandaw biex ir-raġel joħroġ mill-appartament minħabba li l-minuri kienet qed tara ħafna glied. Hu iżda baqa’ ma telaqx iżda beda jorqod fuq is-sufan.

Fl-1 ta’ Jannar tas-sena 2021 kien taha l-mowbajl tiegħu biex tara fejn setghu mmorru bit-tifla u dak il-ħin daħal messaġġ bil-qlub minghand waħda mara. Għal darb’ohra hu ma kellux reazzjoni meta kkonfrontatu. Dak inhar beda jippalkja biex jitlaq. Bint il-partijiet bdiet tibki meta ratu sejjer u riedet tagħmel bħalu, għalhekk ippakkjat basket żgħir u marret miegħu. L-omm riedet tkun taf fejn kien sejjer bit-tifla iżda hu ma riedx jgħidilha. L-għada talbet l-assistenza tal-Pulizija iżda huwa setgħu biss jassiguraw li t-tifla kienet tajba għax hu kien ġenitur daqsha. Kienet ċemplet lit-tifla u din qaltilha li kienet sejra fuq il-post tax-xogħol ta’ missierha. Matul il-ġurnata reġgħet kellmet lit-tifla fejn kienet qaltilha li kienet imsakkra f’kamra u l-missier kien qiegħed imur jiċċekja fuqha minn ħin għal ħin. Hu kien bagħtilha ritratt tat-tifla rieqda mal-art, u l-omm marret bir-ritratt għand il-Pulizija iżda ma assistewhix. Marret hi u ommha fuq il-post tax-xogħol tal-missier, iżda qamet kommossjoni għax l-gwardjan ta’ barra ma ħallihiex tidħol filwaqt li l-imgħallem tar-raġel lanqas kien jaf li t-tifla kienet hemm.

L-għada l-omm kienet qed titkellem m’ommha quddiem it-tifla fejn dawn semmew li kien mess lit-tifla ta’ oħtha. Dak il-ħin bint il-partijiet qalet li mhux lil kuġina biss kien għamel hekk iżda imbagħad dawret id-diskors. L-omm bdiet tipprova tistaqsiha aktar u tirrekodja lill-minuri iżda din indunat u ma riditx titkellem aktar. L-omm tkellmet ma’ Spettur mill-Vice Squad u nfetħet inkjesta Magisterjali. Lit-tifla kienu kelmuha kemm psikjatra kif ukoll psikologa u l-omm tgħid li din it-trawma kkawżat lill-minuri tibda tbati minn kundizzjoni ta’ Alopecia. Tgħid li t-tifla soffriet ħafna u kellha rabja kbira lejha għax skont it-tifla kienet hi li keċċiet lil missierha mid-dar. Mingħajr il-kunsens tal-missier, ma setgħetx tingaġġa għajnuna professjonali u għalhekk kienet sabet għajnuna mingħand qassis.

Rappreżentant tad-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal esebixxiet faxxiklu tar-records tad-Direttorat dwar l-interventi li nżammu waqt l-investigazzjoni tagħhom wara li l-omm infurmathom bil-videos li kienet ħadet il-minuri għarwiena u tagħmel mossi provokanti. Dawn ir-records juru illi d-Direttorat kien eżamina kif il-minuri setgħet tingħata għajnuna professjonali mingħajr il-kunsens tal-missier u dan minħabba l-inkjesta maġisterjali li kien hemm pendenti. Ir-rappreżentanti tad-Direttorat ġibdu l-attenzjoni tal-onn dwar il-hsara li ssir lill-minuri meta jiġġieldu quddiemha.

Ix-xhud xehdet li meta kienu staqsew lill-omm ma min kienet tkun il-minuri, kien qaltilhom li magħha u ma’ missierha u kienet qed tissuspetta fih minħabba li sentejn qabel kien miss tfajla oħra fil-familja tagħha. Ix-xhud spjegat illi meta tkellmu mal-missier ma kienx hemm suspetti li hu kien ikkometta abbuż sesswali fuq il-minuri. Ix-xhud kienet akkumpanjat lill-omm meta tkelmet mal-Ispettur mill-Vice Squad u hemm hekk kienet semgħet ir-recordings tal-omm meta kienet tkellmet mat-tifla fil-kamra tal-banju fuq x’riedet tfisser meta t-tifla qalet li missierha kien miss il-parti privata tagħha. Ix-xhud tghid illi ma kellhiex kopja ta’ dawn ir-recordings.

It-terapista xehdet li l-ewwel kuntatt kien mal-omm minħabba tħassib dwar l-imġieba tat-tifla tal-partijiet. Minħabba li kienet intalbet tgħin lill-minuri, żammet sessjoni maż-żewġ ġenituri flimkien. Qalet li żammet 13-il sessjoni ta’ terapija mal-minuri iżda t-terapija tħarbtet fiż-żmien tal-pandemija minħabba li diffiċli biex tagħmilha onlajn. Hi reġgħet bdiet tara lill-minuri f’Novembru tas-sena 2021wara s-separazzjoni tal-partijiet iżda kien hemm diffikultajiet ma’ sħabha tal-iskola.

Sena wara l-istess problemi amplifikaw anke mal-amministrazzjoni tal-iskola. Il-problema tidher li kienet riżolta sa Jannar tas-sena 2023 għax it-terapista kienet attendiet għal-laqgħa mal-amministrazzjoni tal-iskola biex tiġbdilhom l-attenzjoni li ma kienux qed jivvalidaw l-emozzjonijiet tal-minuri. Lill-missier il-minuri darba biss ratu fis-sessjoni li kellhom sabiex hu taha l-kunsens tiegħu.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li relazzjoni sfaxxat meta l-omm saret taf li r-raġel kellu relazzjoni intima oħra u minn hemm nkixef ir-raġel fl-għemil tiegħu wieħed wara l-ieħor, inkluż bil-possibilità li r-raġel ikkorrompa lil bintu. Ilum il-ġurnata hemm proċeduri ta’ natura kriminali pendenti kontra r-raġel li ma avvanzawx għax ir-raġel telaq mill-pajjiz fil-21 ta’ Lulju tas-sena 2021.

Jirrizulta li minn dakinhar li r-raġel telaq mill-pajjiz f’Lulju tas-sena 2021, huwa la ttenta jagħmel kuntatt ma’ bintu u lanqas ikkontribwixxa għat-trobbija tagħha u dan meta llum-il ġurnata faċilment wieħed jittrasferixxi l-fondi elettronikament. Huwa ċar li r-raġel kkonċernat biss illi jipproteġi l-interessi tiegħu b’dan illi fil-frattemp abbanduna r-responsabiltajiet u l-obbligi tiegħu ta’ missier. Dan wassal sabie omm trid tkompli bit-trobbija ta’ bint il-partijiet b’mod esklussiv u tipprovdi unilateralment għall-bzonnijiet ta’ bint il-partijiet u dan meta l-istess bint għandha bżonnijiet specifici, kemm minħabba kundizzjonijiet li tbati minnhom, kif ukoll minħabba t-trawmi li soffriet. Għalhekk il-Qorti tat il-kura u l-kustodja tal-minuri esklussivament f’idejn l-omm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport