Friday, December 13, 2024

Possibiltà li tfal fi klassijiet ma jkunux obbligati li jilbsu l-maskri wara l-vaganzi tal-Għid

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-istess konferenza, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fis-7 ta’ Marzu se titneħħa r-restrizzjoni li stabbilimenti, negozji li jiftħu għal matul il-lejl jagħlqu fis-1.00 a.m. Dan se jippermetti li ċertu negozji speċjalment stabbilimenti ta’ divertiment, li jibqgħu joperaw għal ħinijiet itwal. 

Fejn jidħlu maskri, mill-14 ta’ Marzu mhux se jkun neċessarju li wieħed jilbes il-maskra meta jkun qiegħed postijiet pubbliċi fuq barra.

“Qegħdin naraw meta niġu għal maskri fuq barra. L-ewwel se nanalizzaw l-iskejjel. Sa issa se tibqa’ obbligatorju l-maskra għat-tfal tal-iskejjel għal waqt dan it-term. Matul il-vaganzi tal-Għid inkunu f’pożizzjoni li nanalizzaw is-sitwazzjoni kif tkun fl-iskejjel tagħna. Jekk is-sitwazzjoni tkun tajba, bħalma qed nistennew li għandha tkun, allura nkunu f’pożizzjoni li għat-term ta’ wara l-Għid ikun hemm possibilità li tfal fi klassijiet ma jkunux obbligati li jibqgħu jilbsu l-maskra. Dik l-aħbar inkunu nistgħu nagħtuha aktar tard,” spjega Fearne.

Ekonomija

Sport