Friday, May 3, 2024

“Nantiċipaw li mill-11 ta’ April l-avvenimenti bilwieqfa jistgħu jsiru prattikament mingħajr restrizzjonijiet”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn ġie inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira rinnovat, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fost l-oħarjn qal li kif diġà tħabbar mill-1 ta’ April, it-tiġijiet se jkunu jistgħu jsiru b’mod fejn il-mistiedna jkunu bilwieqfa sa massimu ta’ 300 ruħ. 

“Issa, la jidher li s-sitwazzjoni baqgħet tajba ħafna, qegħdin nantiċipaw li mit-Tnejn 11 ta’ April l-avvenimenti bilwieqfa jistgħu jsiru prattikament mingħajr restrizzjonijiet.”

Żied jgħid li l-unika restrizzjoni se tkun li filwaqt li dawk l-avvenimenti bilwieqfa fuq barra jistgħu jattendu għalihom persuni kollha kemm imlaqqmin u dawk mhux imlaqqmin, avvenimenti bilwieqfa li jkunu ġewwa se jkunu limitati għal dawk b’ċertifikat tat-tilqim validu.

Il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira se jkunu jistgħu jsiru b’mod normali sakemm isiru fuq barra. Dan jinkludi wkoll it-tiġijiet.

Aqra aktar x’intqal waqt l-istess konferenza:

Sport