Antonia, Victoria, u Richard Schultheis, atleti tar-Royal Malta Yacht Club komplew jipproduċu riżultati notevoli fil-Kampjonati Ewropej f’Vilamoura, il-Portugall. Wara sitt ijiem li fil-biċċa l-kbira kienu f’kundiżżjonijet tar-riħ ħafif, l-Kampjonati Ewropej 49er/49erFX għalqu b’żewġ podju għall-baħrin Maltin.
Antonia u Victoria Schultheis temmew is-serje ta’ kwalifikazzjoni fil-49erFX wara tlett ijiem u daħlu fis-serje finali fit-tieni post fil-flotta tal-fidda. Sfortunatament, minħabba nuqqas ta’ riħ setgħu jseħħu biss tliet tiġrijiet oħra fl-aħħar tlett ijiem, bl-aħwa jiksbu l-ewwel post fil-Flotta tal-Fidda.
Fil-Klassi 49er Richard Schultheis u Youenn Bertin aċċertaw posthom fost l-aqwa 25 tim fil-flotta Gold fl-ewwel seba’ tiġrijiet; prestazzjoni eċċellenti miksuba fost 90 tim ta’ livell għoli. Huma ħadu sehem f’ħames tiġrijiet oħra fis-serje finali, fejn irnexxielhom jikbsu 17-il post globali. Wara l-midalja tal-fidda fil-Junior Worlds ftit ġimgħat ilu rnexxielhom jirrepetu dan ir-riżultat fil-Junior Europeans, li kien parti mill-Kampjonati Ewropej 49er.
Il-Kampjonati Ewropej 49er/49erFX kienu l-aħħar regatta internazzjonali kbira għal din is-sena u se jkunu segwiti mill-Kampjonati tad-Dinja 49er/49erFX f’Lanzarote, ESP f’Marzu 2024. B’għajnejhom fuq it-XXXIII Logħob Olimpiku tas-Sajf, f’Pariġi, l-aħħar opportunità biex Antonia u Victoria jikkwalifikaw għall-Olympiad tal-2023 se tkun ir-Regatta ta’ Hyeres, FRA f’April li ġej.