Friday, May 17, 2024

Premier Ingliż: Arsenal ifallu ċ-ċans li jitilgħu l-ewwel

Aqra wkoll

Arsenal fallew iċ-ċans li jtemmu s-sena fil- quċċata tal-klassifika hekk kif sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta din id-darba sfaw megħluba minn Fulham bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu l-Gunners li fetħu l-iskor wara biss ħames minuti minn Bukayo Saka li  kompla l-ballun għal ġewwa minn pożizzjoni faċli. 

Iżda l-Cottagers dawru r-riżultat favur tagħhom permezz ta’ żewġ goals minn first-timer ta’ Raul Jimenez (29) u Bobby Reid (59). 

Tottenham H. v Bournemouth – Tottenham Hotspur irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 3-1 biex żammew it-ta­miet tagħhom li jis­piċċaw mal- ewwel erbgħa. 

Wara li Dominic Solanke falla ċans tad-deheb għal Bournemouth minn daqqa ta’ ras, Spurs fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Pape Matar Sarr (9), il-Korean Son Heung-Min (71) u Richarlison (80). 

Iżda Alex Scott (84) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Bournemouth. 

Sport