Fil-Premier League Ingliż Arsenal għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 3-1 bir-rebħa tasal b’żewġ goals fil-ħin miżjud liema partita kienet waħda drammatika fejn ir-rebħa setgħet marret kull naħa.
Il-partita mmaturat fit-tieni taqsima wara li ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ 1-1.
Kien Marcus Rashford (27) li fetaħ l-iskor għall-United b’xutt imdawwar.
Iżda minuta wara, il- Gunners kisbu d-draw minn Martin Odegaard.
Fit-82 minuta, ir-Red Devils ħasbu li skorjaw il-goal tar-rebħa iżda l-iskorer, Alejandro Garnacho, ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni millimetrika ta’ offside.
U bil-partita dehret li kienet riesqa lejn draw Arsenal skorjaw darbtejn minn Declan Rice (96) u Gabriel Jesus (101) biex qatlu kull tama tal-United