Fil-Premier League Ingliż, barra minn darhom Arsenal għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 5-2 biex qabżu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika.
L-iskorers kienu Gabriel Magalhaes (10), Leandro Trossard (27), Martin Odegaard (34 pen), Kai Havertz (36) u Bukayo Saka (45 pen) filwaqt li Aaron Wan-Bissaka (38) u Emerson (40) wieġbu għall-Hammers.
Brentford v Leicester – Brentford laqgħu lil Leicester u dawru telfa f’rebħa biex għelbuhom bl-iskor ta’ 4-1.
Il-protagonista ta’ din ir- rebħa kien Kevin Schade (29, 45, 59) li skorja hat-trick wara li Yoane Wissa (25) kiseb id-draw għall-Bees … wara li Facundo Buonanotte (21) fetaħ l-iskor għall-viżitaturi.
C. Palace v Newcastle – Il-partita bejn Crystal Palace u Newcastle spiċċat fi draw ta’ 1-1. Il-Magpies fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Marc Guehi (53) iżda Daniel Munoz (93) kiseb id-draw għall-Palace.
Nottm F. v Ipswich– Nottingham Forest insew it-telfa ta’ 3-0 kontra Arsenal u ssuperaw lil Ipswich bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fis-sitt post tal-klassifika.
Il-goal importanti wasal minn penalty mogħti minn Chris Wood (49).
Wolves v Bournemouth – F’partita movimentata u kemmxejn diskutibbli, barra minn darhom Bournemouth għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 4-2 hekk kif ingħataw tliet penalties bit-tieni wieħed ikun ferm diskutibbli.
Il-protagonista kien Justin Kluivert (3, 18, 74) li skorja tripletta mill-11-il metru filwaqt li l-goal l- ieħor wasal minn Milos Kerkez (8).
Jorgen Strand Larsen (5, 69) skorja għal Wolves