Sunday, November 24, 2024

Premier Ingliż: Everton itemmu l-isfida ta’ Liverpool għar-rebħ tat-titlu

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż Everton temmew it-tamiet tar-rivali eterni, Liverpool, biex ikomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu meta f’Goodison Park għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

Everton v Liverpool – Liverpool komplew jiddiżappuntaw biex issa nqatgħu għal kollox mit-taqtiegħu għar-rebħ tat-titlu bit-telfa ta’ 2-0 kontra Everton bil-goals jaslu minn Jarrad Branthwaite (27) u Dominic Calvert-Lewin (58).

Wolves v Bournemouth – Barra minn darhom Bournemouth għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 1-0, f’partita li setgħet marret kull naħa.

L-uniku goal tal-partita wasal fis-37 minuta minn Antoine Semenyo.

Fis-79 minuta, iċ-Cherries spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Milos Kerkez wara li ntwera karta ħamra diretta iżda Wolves ma approfittawx minkejja li fil-ħin miżjud kellhom goal imħassar. 

C. Palace v Newcastle – Crystal Palace ospitaw lil Newcastle United u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post f’kompetizzjoni Ewropea.

Il-protagonista tal-Palace kien Jean-Philippe Mateta (55, 88) li skorja doppjetta fit-tieni taqsima.

 Man Utd v Sheffield U. – Manchester United għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Sheffield United bl-iskor ta’ 4-2 liema rebħa mmaturat fl-aħħar 10 minuti.

Il-goals tar-Red Devils waslu minn Harry Maguire (42), Bruno Fernandes (61 pen, 81) u Rasmus Hojlund (85).

Iż-żewġ skorers ta’ Sheffield kienu Jayden Bogle (35) u Ben Brereton (50) li tawhom il-vantaġġ darbtejn b’mod temporanju sakemm ir-Red Devis għamlu r-rimonta. 

Sport