Fil-Premier League Ingliż, il-player tal-ġurnata kien l-attakkant ta’ Manchester City, Erling Haaland li skorjaw erba’ goals fir-rebħa ta’ 5-1 fuq Wolves.
Huwa skorja fit-12 (pen), fil-35, fil-45 (pen) u fl-54 minuta, bl-ieħor jasal minn Julian Alvarez (85) filwaqt li Hee-Chan Hwang (53) wieġeb għal Wolves.
Arsenal v Bournemouth – Arsenal ospitaw lil Bournmouth u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0. L-iskorers kienu Bukayo Saka (45), Leandro Trossard (70) u Declan Rice (97).
Ta’ min jgħid li Bournemouth skorjaw fil-75 minuta minn Antoine Semenyo f’dak li deher goal leġittimu iżda ġie mħassar b’mod kontroversjali mill-VAR għal foul ta’ Dominic Solanke fuq David Raya.
Burnley v Newcastle – Burnley ħadu skoss qawwi fit-tenattiv li jsalvaw mir-relegazzjoni meta f’darhom sfaw megħluba minn Newcastle United bl-iskor ta’ 4-1.
Il-Magpies fetħu vantaġġ ta’ erba’ goals minn Callum Wilson (19), Sean Longstaff (35), Bruno Guimaraes (40) u Alexander Isak (55) li tliet minuti qabel falla penalty. Burnley wieġbu minn Dara O’Shea (87).
Sheffield U. v Nottm F. – Nottingham Forest ħadu ftit nifs għas-salvazzjoni meta barra minn darhom għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Callum Hudson-Odoi (27 65) u Ryan Yates (51) wara li Ben Brereton (17 pen) fetaħ l-iskor għall-Blades.
Brentford v Fulham – Il-partita bejn Brentford u Fulham kienet l-unika waħda li ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals.
Luton v Everton – Fil-partita li ntlagħbet tard il-Ġimgħa filgħaxija, Luton laqgħu lil Everton u temmew fi draw ta’ 1-1 biex fallew iċ-ċans li joħorġu miż-żona l-ħamra.
Kienu Everton li fetħu l-iskor minn penalty mogħti minn Dominic Calvert-Lewin (24) iżda Elijah Adebayo (31) kiseb id-draw għall-Hatters.