Saturday, May 4, 2024

Premier Ingliż: Harry Kane isalva lil Tottenham fil-ħin miżjud kontra Chelsea

Aqra wkoll

Goal fil-ħin miżjud ta’ Harry Kane salva r-riżultat għal Tottenham għal draw ta’ 2-2 kontra Chelsea f’partita karatterizzata minn tensjoni fejn saħansitra tkeċċew ukoll iż-żewġ coa­ches rispettivi fi tmiem il- logħba. 

Chelsea kienu dejjem fil- vantaġġ bl-iskorers ikunu Kalidou Koulibaly (19) u Reece James (77) filwaqt li Pierre-Emile Hojbjerg (68) u Harry Kane (96) wieġbu għal Spurs.

L-argumenti bejn iż-żewġ partiti bdew jiskalaw fejn laħqu l-qofol tagħhom wara s-suffara finali fejn il-ma­nagers Thomas Tuchel (Chel­sea) u Antonio Conte (Tottenham) intwerew it-tieni karta safra. 

Sport