Fil-Premier League Ingliż, Manchester City żammew il-pass mal-leaders Liverpool meta barra minn darhom għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta 1-0.
L-uniku goal tal-partita wasal fl-24 minuta minn rebound ta’ Phil Foden.
Aston Villa v Nottm F. – Aston Villa għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 4-2 biex għamlu pass kbir lejn ir-raba’ post.
Il-goals tagħhom waslu minn Ollie Watkins (4), Douglas Luiz (29, 39) u Leon Bailey (61) filwaqt li Moussa Niakhate (45) u Morgan Gibbs-White (48) skorjaw għall-Forest.
Brighton v Everton – Brighton u Everton temmew fi draw ta’ 1-1 fejn kien Lewis Dunk (94) li salva r-riżultat għal Brighton wara li Jarrad Branthwaite (73) fetaħ l-iskor għal Everton. Brighton kellhom lil Billy Gilmour (81) imkeċċi.
C. Palace v Burnley – Anke Crystal Palace, taħt it-tmexxija tal-coach il-ġdid, Oliver Glasner, irreġistraw rebħa importanti bl-iskor ta’ 3-1 fuq Burnley. Il-protagonisti kienu Chris Richards (68), Jordan Ayew (71) u Jean-Philippe Mateta (79 pen). David Datro Fofana (86) skorja għal Burnley li kellhom lil Josh Brownhill (35).
Man Utd v Fulham – Kontra kull mistenni, f’darhom Manchester United sfaw megħluba f’darhom minn Fulham bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals tal-Cottagers jaslu minn Calvin Bassey (65) u Alex Iwobi (94) filwaqt li Harry Maguire (89) kiseb id-draw momentarju għall-United