Saturday, April 27, 2024

Premier Ingliż: Manchester United miżmuma minn Crystal Palace

Aqra wkoll

Michael Olise skorja free-kick stupend fl-aħħar minuta biex kiseb id-draw ta’ 1-1 għal Crystal Palace u ċaħħad lil Manchester United rebħa li kienet teħodhom fit-tieni post tal-Premier League Ingliż.

Ir-Red Devils kienu fit-triqithom lejn l-10 rebħa konsekuttiva wara li Bruno Fernandes skorja ftit qabel il-mistrieħ meta kkonkluda mill-pass ta’ Christian Eriksen.

Iżda b’mod drammatiku Olise xeħet lill-partitarji f’dellirju ta’ ferħ bi free-kick imdawwar u brillanti li spiċċa fix-xibka. 

B’dan id-draw issa Manchester United telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’punti daqs Manchester City b’dawn tal-aħħar għandhom partita inqas li jirkuprawha l-Ħamis kontra Tottenham Hotspur.  

Minbarra li fallew żewġ punti importanti, Manchester United se jkollhom lil Casemiro sospiż għall-partitissima ta’ nhar il-Ħadd li ġej għand Arsenal minħabba li huwa sospiż wara li ntwera l-karta s-safra għal foul fuq Wilfried Zaha biex din kienet il-ħames waħda tal-istaġun li tfisser sospensjoni awtomatika. 

Sport