Monday, May 20, 2024

Premier Ingliż: Rebħa drammatika għal Man Utd għand Wolves

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United marru għand Wolves u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-3 fi tmiem drammatiku biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jtemmu mal-ewwel erbgħa. 

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif wara biss ħames minuti huma fetħu l-iskor meta Marcus Rashford ikkonkluda b’xutt imdawwar wara li rċieva mingħand Rasmud Hojlund.  Fit-22 minuta, ir-Red Devils irduppjaw mill-istess Hojlund. 

Fil-71 minuta, Wolves naqqsu l-marġni tal-iskor minn penalty ta’ Pablo Sarabia iżda Scott McTominay (75) reġa’ tahom vantaġġ ta’ żewġ goals. Madankollu, Max Kilman (85) reġa’ naqqas il-marġni filwaqt li Pedro Neto kiseb id-draw fil-ħames minuta tal-ħin miżjud. Peró żewġ minuti wara, Kobbie Mainoo ta r-rebħa lir-Red Devils. 

West Ham v Bournemouth – West Ham u Bournemouth spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex il-Hammers.

Kien Dominic Solanke (3) li fetaħ l-iskor għall-viżitaturi iżda James Ward-Prowse (61) kiseb id-draw minn penalty. 

Sport