Saturday, December 21, 2024

Premier Ingliż: Tispikka l-partita bejn Manchester City u Chelsea

Aqra wkoll

Il-leaders Mancheser Ci­ty u t-team ta’ warajhom, Chelsea, illum se jkunu nvoluti fl-iktar logħba mistennija ta’ tmiem din il-ġimgħa meta jiltaqgħu fl-Etihad Stadium biċ- champions qed igawdu van­taġġ ta’ 10 punti fuq l-avversarji tagħhom meta ftit ġimgħat ilu konna qed naħsbu li kienet se tkun taqtiegħa bejn tlieta bit-team l-ieħor ikun dak ta’ Liverpool.

B’rebħa t-team ta’ Pep Guardiola jagħmel pass kbir biex iżomm it-titlu għalkemm Chelsea mhux se jiġu megħluba kif ġieb u laħaq.

Logħba oħra mistennija hija d-derby tat-Tramuntana ta’ Londra bejn Tottenham u Arsenal li fost il-ġimgħa t-tnejn kienu nvoluti fis-semi-finali tal-League Cup, Spurs sfaw eliminati minn Chelsea u Arsenal ġew draw kontra Liverpool 0-0 fl-ewwel leg tas-semi-finali l-oħra.

Peró fl-istess waqt hemm il-biżgħa li din il-partita tis­ta’ tiġi posposta minħabba każijiet tal-Covid-19 fil-kamp ta’ Arsenal. 

Liverpool se jkunu f’Anfield biex jilqgħu lil Brentford li wara bidu promettenti, m’għadhomx daqstant konsistenti. Huma jistgħu jkunu ta’ theddida, iżda Liverpool għandhom munizzjon biżżejjed biex jiksbu t-tliet punti.

Aston Villa u Manchester United se jkunu nvoluti f’ripetizzjoni tat-tielet round tal-FA Cup tat-Tnejn li għadda li tal-aħħar reb­ħu 1-0 f’Old Trafford. Iżda llum se jerġgħu jiltaqgħu f’Villa Park bit-team ta’ Steven Gerrard jista’ jagħmel użu mill-akkwisti l-ġodda, Philippe Coutinho u Lucas Digne, li huma ħadu din l-ġimgħa mingħand Barcelona u Everton rispettivament.

Il-United jinsabu fid-seba’ post sitt punti wara West Ham li qed jokkupaw ir-raba’ post.

Brighton se jkunu f’darhom kontra Crystal Palace meta jinsabu erba’ punti fuqhom, 27-23. Għalhekk rebħa għal tal-ewwel tkompli ttellagħhom ‘il fuq fil-klassifika.

Newcastle se jkunu f’darhom kontra Watford f’logħba li tista’ tmur kull naħa bil-Magpies għadhom qabel tal-aħħar bi 11-il punt biss għalkemm il-Hornets għandhom żewġ punti biss iktar minnhom.

Wolves, li ġejjin minn żewġ rebħiet tajbin, 1-0 kontra Manchester United fil-kampjonat u 3-0 kontra Sheffield United fl-FA Cup, se jilqgħu lil Southampton meta qed igawdu erba’ punti iktar minnhom.

Fil-logħba l-oħra West Ham u Leeds United ikunu fil-London Stadium bil-Hammers reġgħu jinsabu fir-raba’ post u Leeds fis-16-il post tmien punti bogħod miż-żona l-ħamra.

Il-logħba bejn Burnley u Leicester City ġiet posposta minħabba każijiet tal-Covid-19 u players imweġġa’ fil-kamp tal-Clarets bil-Premier League qal li aċċetta t-talba ta’ Burnley biex il-logħba tiġi posposta minħabba li ma kellhomx players biżżejjed biex jono­raw il-fixture. Din hija l-20 logħba tal-Premier league li ġiet posposta minħabba l-Covid-19.

Ekonomija

Sport