Saturday, December 21, 2024

Premier League: Draw ġust bejn Balzan u Birkirkara

Aqra wkoll

Balzan …….….3

Birkirkara ……3

Minn Cristian Muscat

Hekk kif il-Ġimgħa tela’ s-siparju tat-360 Sports Malta Premier, fl-ewwel partita li kienet waħda eċċezzjonali u  li pproduċiet xejn inqas minn sitt goals u tliet penalties, Balzan u Birkirkara temmew fi draw ġust ta’ 3-3.

Kienet wirja impekkabbli minn żewġ ti­mi­jiet li taw l-impressjoni li se jkunu qed jissieltu għal postijiet ta’ fuq. 

Birkirkara fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni pe­rikoluża li ħolqu fit-13-il minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Paul Mbong, il-ballun intemm għand MAXUELL MAIA li permezz ta’ daqqa ta’ ras pre­ċiża tefa’ ġewwa.

Iżda Balzan wettqu reaz­zjoni mmedjata u ta’ dan ġew ippremjati meta erba’ minuti wara kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jan Busuttll, HENRI BRAHAM STANIC għeleb lill-goalkeeper, Giacomo Volpe, permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u, fid-39 minuta, marru fil-vantaġġ meta Jan Busuttil għadda tajjeb lejn id-debuttant, NICHOLAS PU­LIS, li venven xutt fil-baxx mid-distanza li ntemm fix-xib­ka.

Iżda fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Birkirkara rebħu penalty meta Kevin Williams waqqa’ lil MAXUELL MAIA u mill-11-il metru l-istess player xeħet fir-rokna tax-xibka.

Fil-50 minuta, Balzan ingħataw penalty meta Alex Satariano waqqa’ lil Alexandar Ayo Akpan fil-kaxxa.

Mill-11-il metru, l-istess player ma żbaljax b’xutt għar-rokna tax-xibka.

Fit-73 minuta, Maxuell kellu xutt li kien destinat għal ġewwa iżda ġie maqlugħ minn fuq il-linja fatali.

Fit-80 minuta, Birkirkara ngħata it-tieni penalty meta Nicholas Pulis ikkommetta foul fuq MAXUELL MAIA biex l-attakkant Brażiljan sammar il-ballun fis-saqaf tax-xibka biex minbarra li rreġistra hat-trick persona­li, skorja l-50 goal tiegħu fil- kampjonat Malti.

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Carua­na (21-Carson Dormond 53), 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Wes­tendorf (14-Dimeji Awosanja 71), 10-Jan Busuttil, 17-Henri Braham Stanic, 23-Nikola Zerjal, 24-Kevin Williams, 27-Alexander Ayo Akpan, 77-Mosawer Ahadi (6-Marcus Grima 71)   – Coach: Dave Rodgers

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Shaun Dimech (6-Pablo Gaitan 63), 8-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 25-Neil Micallef (10-Andrea Zammit 63), 27-Alessandro Coppola, 77-Maicon De Souza Da Silva (24-Lautaro Lacunza 77), 91-Maxuell Maia (70-Helder Martins 89)   – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: M. Maia 13,  47 pen, 80 pen (B);  H. B. Stanic 17, N. Pulis 39, A. Ayo Akpan pen. 50 (Bz)

AMMONITI: A. Satariano, P. Gaintan (B), M. Ahadi, A. A. Akpan, K. Williams (Bz)

Ekonomija

Sport