Monday, September 23, 2024

Premier League: Draw ġust bejn Floriana u Hibernians

Aqra wkoll

Floriana ……..1

Hibernians ….1

Minn Cristian Muscat

Fl-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa, Floriana u Hibernians spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd … għax il-Greens kienu jaqsmu l-ewwel post ma’ Sliema Wanderers filwaqt li l-Pawlisti kienu jitilgħu fit-tieni post flimkien ma’ Birkirkara u Gzira United.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Isaiah Chukunyere kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.

Floriana wieġbu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Matias Nicolas Garcia.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-33 minuta kel­lhom ferħa bla temma meta Carlo Zammit Lonardelli skor­ja bir-ras iżda l-goal ġie annullat minħabba pożizzjoni ta’ offside.

Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana fetħu l-iskor permezz ta’ ġmiel ta’ xutt mid-distanza ta’ FRANKLIN SASERE, li ma  ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Hugo Sacco, isalva.

Iżda disa’ minuti wara, il-Greens qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa d-difensur, Oualid El Hasni, permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah li kkommetta fuq Natha Felico Carvalho.

Hibernians bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar, bil-pressjoni tagħhom fuq il-lasti avversarji tkun waħda iktar insis­tenti u fl-74 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Rodrigo Fraga minn qagħda ideali rriżultat bħala waħda wisq fraġli u ġiet salvata mingħajr diffikultá mill-goalkeeper Christoffer Ma­foumbi.

Iżda fil-81 minuta meritatament kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner ALEX BRUNO DA SOUZA SILVA qabeż player u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Fil-ħin miżjud, kien imiss lil Hibernians li jispiċċaw b’10 players meta tkeċċa il-player Brażiljan Higor Fernandes Alves wara li ntwera t-tieni karta safra.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 9-Kemar Reid (79-Guy Serge Yameogo 62), 12-Dunstan Vella (97-Emerson Souza 71), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 27-Franklin Sasere (22-Kyrian Nwoko 92), 55-Alexandros Kouro, 70-Augusto De Araujo   – Coach: Darren Abdilla

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 2-Kleiton, 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard (6-Lucas Caruana 77), 8-Rodrigo Fraga, 9-Natha Felicio Carvalho (20-Federico Falcone 78), 11-Bjorn Kristensen (10-Jurgen Degabriele), 17-Isaiah Chukunyere (29-Giannis Bastianos 71), 21-Alex Bruno Da Souza Silva, 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Fernandes Alves   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: James Muscat, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: F. Sasere 50 (F), A. B. Da Souza Silva 81 (H)

AMMONITI: H. G. Fernandes Alves (H)

Tkeċċew: O. El Hasni 59 (F), H. G. Fernandes Alves 93 (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport