Saturday, December 21, 2024

Premier League: Hamrun S. jibdew id-difiża tat-titlu kontra Zabbar SP

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Proprju llum jitla s-siparju għal dan l-istaġun meta jingħata bidu għall- Premier League li huwa kompost minn format ġdid u mhux se jintlagħab taħt l-awspiċi tal-Malta Football Association iżda taħt l-organiz­zazzjoni ġdida, Premier League, li ġiet imwaqqfa fl-istaġun li għad­da.

Il-kampjonat se jkun jikkonsisti minn żewġ fażijiet – dik tal-ftuħ u dik tal-għeluq.

F’kull fażi, it-12-il team jilagħbu forma ta’ round robin, bl-ewwel sitta jikkwalifikaw għat-Top 6, bis- sitta l-oħra jkunu relegati għall-Bottom 6. Kull team jilgħab darba kontra kull avversarju.

 B’hekk f’kull fażi, kull team jilgħabu 16-il partita – 11 u 5.

Iż-żewġ timijiet li jis­piċċaw fl-ewwel post taż-żewġ fażijiet jilagħbu Championship Decider.

Jekk f’każ li team jirbaħ iż-żewġ fażijiet, ikun dikrajat champion.

Hamrun S. Zabbar SP – Hamrun Spartans jibdew l-impenji tagħhom kontra t-team promoss ta’ Zabbar St Patrick li jirritorna fl-ogħla diviżjoni wara nuqqas ta’ 20 sena … meta l-aħħar partita li kienu lagħbu kienet nhar is-7 ta’ Mejju, 2005, fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Msida St Joseph.

Barra minn hekk din se tkun l-10 darba li ż-Żabbarin se jkunu qed jilagħbu mal-kbar.

U l-aħħar partita li dawn iż-żewġ timijiet lagħbu fil-Premier tmur lura għat-13 ta’ Marzu, 1999, meta ż-Żabbarin kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu Paul Zammit (illum coach ta’ Sliema Wanderers) li fetaħ l-iskor għall-Ispartans iżda Renis Hyka u Angel Terzyski kienu dawru telfa f’rebħa għal Żabbar.

L-Ispartans diġá rajnihom fil-kompetizzjonijiet Ew­ropej u minkejja li forsi mhumiex b’saħħithom daqs l-istaġun li għadda huma xorta waħda jinsabu l-favoriti li jirbħu l-kampjonat.

L-akkwisti li nkludew hu­ma Raphael Lopes, Talison, Wendel Barros, Vitao, Daniel Letherby u Mayron.

Min-naħa ta’ Zabbar, dawn iffirmaw lista ta’ players – Stefan Ilic, Djordje Jovicic, Marcelo Barros Santos, Augusto Ferreira, Erick Correia, Strahinja Jovancic, Diogo de Figuei­redo Tavares, Wallace Bonilha Felix, Vinicius de Paiva, Joao Pedro de Sa Mendonca, Zachary Grech, Sean Gatt, Luca Camilleri u Jake Micallef.

Balzan v Birkirkara – Din il-partita bejn żewġ ġirien tiftaħ l-istaġun hekk kif iridu jinsew id-diżappunt ta’ dak li għadda.

Filwaqt li Birkirkara spiċċaw fil-ħames post u naqsu milli jikkwalifikaw għall-UEFA Europa Conference League, Balzan salvaw posthom fl-aħħar ġimgħat hekk kif kienu qed jissieltu kontra r-relegazzjoni.

Iż-żewġ timijiet għamlu bosta rtokki biex isaħħu l-iskwadra tagħhom.

Balzan ingaġġaw lil Jake Engerer, Henri Braham Sta­nic, Isaac Westendorf, Udo­yen Alexander Ayo Akpan u Dylan Ciappara.

Min-naħa tal-Istripes, iffirmaw lil Manuel Morello, Shaun Dimech, Giacomo Volpe u Maicon de Souza da Silva.

Sliema W. v Mosta – Sliema Wanderers jibdew favoriti li joħorġu bit-tliet punti kontra Mosta.

Minkejja li l-Wanderers sfaw umiljati minn Noah FC tal-Armenja b’aggregate ta’ 7-0 fil-UEFA Conference League, huma jid­hru team trasformat għal kollox, tant, li rebħu s-Summer Cup meta fil-finali għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1.

Huma jidhru li se jkunu sfida denja għall-Ispartans meta huma armati tajjeb f’kull dipartiment.

Kien punt li ħeles lill- Mostin mir-relegazzjoni u għaldaqstant iridu jtejbu l-prestazzjonijiet tagħ­hom għall-fatt li f’dan l-istaġun it-timijiet naqsu bi tnejn.

Fis-suq tat-trasferimenti, Sliema akkwistaw lil Josip Bender, Sergio Filipe Ramos da Silva, Stanley Ohawuchi, Simon Zibo, Steve Pisani, Cain Attard u Adam Magri Overend

Mosta ffirmaw lil Sean Mintoff, Joao Victor de Souza Teixeira, Cristian Fabricio Gomes Machado, Richard Luca Rosa da Silva Sousa u Carlos Gabriel Moreira de Oliveira

Floriana v Melita – Melita jirritornaw fil-Premier wara nuqqas ta’ 12-il sena, mill-2012/13.

Huma għandhom ostaklu diffiċli meta jaffrontaw lil Floriana li jidhru li, bħall-istaġun li għadda, se jkunu qed jisfidaw.

Il-Greens saħħew l-iskwadra tagħhom bl-in­kluż­joni ta’ Christoffer Mafoumbi, Franklin Sasere,  Thiaguinho Santos, Fernando Augusto de Araujo u Anthony Obonogwu.

Melita ffirmaw lil Marc van de Bovenkamp, David Xuereb, Nick Mifsud, Ensell Attard, Aleksander Lubik, Kurt Bondin u Aldair Simanca.

 Naxxar L. v Hibernians – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li temmew fis-sitt post bl-istess ammont ta’ punti – 35.

L-akkwisti tal-Lions hu­ma kollha Maltin – Nikolai Micallef, Myron Micallef, Matthias Fenech, Kayne Haber u Kane Abela filwaqt li l-Pawlisti ħadu lil Kleiton do Monte Lima Basilio, Henrique Nunes Silva, Pablo Sanchez, Fede­rico Falcone u Dexter Xue­reb.

 Marsaxlokk v Gzira U. – Marsaxlokk jibdew favoriti kontra Gzira United li fl-istaġun preċedenti salvaw mir-relegazzjoni.

Min-naħa tagħhom, ix- Xlukkajri kellhom wirjiet po­żittivi fil-UEFA Confe­rence League kontra Partizani tal-Albanija u ġew eliminati b’goal fl-aħħar sekondi.

Dawn iż-żewġ partiti huma l-preludju tal-qawwa ta’ Marsaxlokk għal dan l-istaġun.

Huma akkwistaw lil Jose Ulises Arias, Igor Leandro Goularte do Nascimento, Jefferson de Jesus Santos, Patrick Carvalho Nonato, Guttiner Heider Fernando Costa Tenorio, Lucas Lopez u Enmy Manuel Pena Beltre.

Il-Maroons akkwistaw lil Enrico Pepe, Kevin Tulimieri, Christian Saint Ebisindor, Justin Haber u Jurgen Pisani.

Ekonomija

Sport