Monday, May 13, 2024

Premier League Ingil: Man City jaqbżu fir-raba’ post

Aqra wkoll

Manchester City kisbu t-tieni rebħa f’sitt logħbiet meta għelbu lil Everton 3-1 f’Goodison Park. Kien Jack Harrison (29) li fetaħ l-iskor għal Everton iżda goals minn Phil Foden (53), Julian Alvarez (64 pen) u Bernardo Silva (86) dawru l-logħba favur is-City li issa telgħu fir-raba’ post.

Wolves kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Brentford f’Londra biex issa telgħu fil-11-il post b’25 punt daqs Chelsea. Għalihom skorjaw Mario Lemina (13), Hee-Chan Hwang (14 u 28) u Jean-Ricner Bellegarde (79) waqt li Yoane Wissa (16) skorja għall-Bees.

Chelsea għelbu lil Crystal Palace 2-1 f’darhom b’goals minn Mykhailo Mudryk (13) u Noni Madueke (89 pen) b’Michael Olise (45) iwieġeb għall-Palace.

Sport