Thursday, December 26, 2024

Premier League Ingliż: Il-leaders Liverpool megħluba minn Arsenal

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal fetħu beraħ it-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu meta għelbu lil-leaders Li­verpool bl-iskor ta’ 3-1 biex naqqsu d-distakk għal żewġ punti u għaldaqstant jidher li l-isfida se tinkludi wkoll lil Manchester City.

Il-goals tal-Gunners waslu minn Bukayo Saka (14), Gabriel Martinelli (67) u Leandro Trossard (92) filwaqt li l-goal ta’ Liverpool wasal minn auto-goal ta’ Gabriel Magalhaes (45).

Ir-Reds kellhom ukoll lil Ibrahima Konate (88) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Bournemouth v Nottm F. – Bournemouth u Nottingham Forest temmew fi draw ta’ 1-1 f’partita mill-aktar bilanċjata.

Kien Justin Kluivert (5) li fetaħ l-iskor għaċ-Cherries u dehru li kienu se jieħdu t-tliet punti iżda fallew bosta ċansijiet ta’ skor.

Peró, il-Forest daħlu fil-logħba u meritatament kisbu d-draw minn Callum Hudson-Odoi (45).

Fit-tieni taqsima, it-team ospitu spiċċa jilgħab b’10 players meta tkeċċa Philip Billing (84).

Chelsea v Wolves – Wolves marru għand Chelsea u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2 biex xeħtu aktar pressjoni fuq il-manager, Mauricio Pochettino, li jitkeċċa mir-responsabbiltá ta’ Chelsea.

Wara li Cole Palmer (19) fetaħ l-iskor għall-Pensioners, Wolves skorjaw erba’ darbiet minn Matheus Cun­ha (22), auto-goal ta’ Axel Disasi (43) u doppjetta minn Matheus Cunha (63, 82 pen) biex aċċertaw ir-rebħa.

Fl-aħħar erba’ minuti, Thiago Silva (86) naqqas il-marġni tal-iskor għal Chelsea.

Man Utd v West Ham – F’darhom Manchester Uni­ted irreġistraw rebħa tajba ta’ 3-0 fuq West Ham.

Il-protagonista kien Alejandro Garnacho (49, 84) li skorja doppjetta wara li Rasmus Hojlund (23) fetaħ l-iskor għar-Red Devils proprju f’għeluq sninu.

Ekonomija

Sport