Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Paritá bejn Man City u Tottenham

Premier League Ingliż: Paritá bejn Man City u Tottenham

0
244
Soccer Football - Premier League - Manchester City v Tottenham Hotspur - Etihad Stadium, Manchester, Britain - December 3, 2023 Tottenham Hotspur's Ben Davies in action with Manchester City's Jack Grealish REUTERS/Carl Recine NO USE WITH UNAUTHORIZED AUDIO, VIDEO, DATA, FIXTURE LISTS, CLUB/LEAGUE LOGOS OR 'LIVE' SERVICES. ONLINE IN-MATCH USE LIMITED TO 45 IMAGES, NO VIDEO EMULATION. NO USE IN BETTING, GAMES OR SINGLE CLUB/LEAGUE/PLAYER PUBLICATIONS.

F’partita mill-aktar movimentata, Manchester City sfaw miżmuma minn Tottenham Hotspur 3-3 biex ċedew it-tieni post lil Liverpool.

L-iskorers ta’ Spurs kienu Son Heung-Min (6), Giovani Lo Celso (69) u Dejan Kulusevski (91) filwaqt li l-goals tas-City waslu minn auto-goal ta’ Son Heung-Min (9), Phil Foden (31) u Jack Grealish (81). 

Bournemouth v Aston Villa – Bournemouth u Aston Villa temmew fi draw ta’ 2-2 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa.

Antoine Semenyo (10) u Dominic Solanke (52) skorjaw għaċ-Cherries filwaqt li Leon Bailey (20) u Ollie Watkins (93) wieġbu għall-Villans.

Chelsea v Brighton – Chelsea kisbu rebħa importanti ta’ 3-2 fuq Brighton minkejja li kellhom lil Conor Gallagher (45) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Il-goals tagħhom waslu minn Enzo Fernandez (17, 65 pen) u Levi Colwill (21) filwaqt li Facundo Valentin Buonanotte (43) u Joao Pedro (92) irrispondew għas- Seagulls.

Liverpool v Fulham – Liverpool irreġistraw rebħa drammatika ta’ 4-3 fuq Fulham.

Iżda minkejja din ir-rebħa, il-goalkeeper Alisson Becker, inħass ħafna hekk kif qed jirkupra minn injury fil-hamstring.

Il-goals tagħhom waslu minn Bernd Leno (20 og), Alexis MacAllister (38), Wataru Endo (87) u Trent Alexander-Arnold (88) filwaqt li Harry Wilson (24), Kenny Tete (45) u Bobby Reid (80) skorjaw għal Fulham.

West Ham v C. Palace – West Ham u Crystal Palace temmew fi draw ta’ 1-1.

Mohammed Kudus (13) fetaħ l-iskor għall-Hammers filwaqt li Odsonne Edouard (53) għamel l-iskor indaqs għall-Palace.