Monday, May 13, 2024

Serie A: Inter jerġgħu jitilgħu fil-quċċata

Aqra wkoll

Inter reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tas-Serie A grazzi għal rebħa kbira għand iċ-champions renjanti, Napoli, bl-iskor ta’ 3-0. 

Kien Hakan Calhanoglu (44) li fetaħ l-iskor għan-Nerazzurri b’xutt minn 25 metru bogħod. 

Imbagħadm, fit-62 minuta, Nicolo Barella rdoppja wara azzjoni personali biex Marcus Thuram (85) issiġilla r-rebħa meta kkonkluda b’xutt fil-baxx mill-assist ta’ Juan Cuadrado.

B’din it-telfa Napoli, li ħatru lil Walter Mazzarri bħala coach ix-xahar li għadda, niżlu fil-ħames post tal-klassifika.

Huma jinsabu 11-il punt taħt it-team immexxi minn Simone Inzaghi u diġà tilfu logħbiet tas-Serie A daqs kemm tilfu l-istaġun li għadda – erbgħa.

Sport