Il-kriżi ta’ Liverpool kompliet tispikka meta naqsu li jirbħu għand West Ham biex kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 2-2 … u jekk kien hemm xi tama li setgħu jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu issa sfaxxat għal kollox.
Il-Hammers skorjaw l- ewwel u l-aħħar permezz ta’ Jarrod Bowen (43) u Michail Antonio (77) filwaqt li r- Reds skorjaw minn Andy Robertson (48) u minn auto-goal ta’ Alphonse Areola (65).
Fulham v C. Palace – Fulham ospitaw lil Crystal Palace u temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Rodrigo Muniz (53) li fetaħ l-iskor għal Fulham iżda Jeffrey Schlupp (87) kiseb id-draw għall-Palace.
Man Utd v Burnley – Manchester United ġew miżmuma f’darhom bl-iskor ta’ 1-1 minn Burnley.
Antony (79) fetaħ l-iskor għall-United iżda Zeki Amdouni (87 pen) kiseb id-draw għall-viżitaturi.
Newcastle v Sheffield U. – Newcastle United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 5-1 u permezz ta’ din it-telfa l-Blades sfaw relegati.
Il-goals tal-Magpies waslu minn Alexander Isak (26, 61 pen), Bruno Guimaraes (54), auto-goal ta’ Ben Osborn (65) u Callum Wilson (72) wara li Anel Ahmedhodzic (5) fetaħ l-iskor għal Sheffield United.
Wolves v Luton – Wolves għelbu lil Luton Town bl-iskor ta’ 2-1.
Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Hee-Chan Hwang (39) u Toti (50) filwaqt li Carlton Morris (81) naqqas il-marġni għall-Hatters.
Everton v Brentford – Everton laqgħu lil Brentford u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Idrissa Gueye (60).
B’din ir-rebħa t-Toffees salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minkejja li f’dan l-istaġun tnaqqsulhom 10 punti minħabba irregolaritajiet tal-Financial Fair Play.