Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Tottenham H. ifallu żewġ punti importanti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Tottenham Hotspur marru għand West Ham u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 biex fallew żewġ punti importanti fl-isfida għar-raba’ post.

Brennan Johnson (5) fetaħ l-iskor għal Spurs iżda Kurt Zouma (19) kiseb id-draw għall-Hammers.

Newcastle v Everton – Newcastle laqgħu lil Everton u temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Alexander Isak (15) li fetaħ l-iskor għall-Magpies u meta kollox deher li kienu resqin lejn rebħa, Everton għamlu l-iskor indaqs minn penalty ta’ Dominic Calvert- Lewin (88 pen).

Nottm F. v Fulham – Nottingham Forest irreġistraw rebħa importanti ta’ 3-1 fuq Fulham fit-tentattiv li jżommu t-tamiet tagħhom ħajjin għas-salvazzjoni.

L-iskorers kienu Callum Hudson-Odoi (9), Chris Wood (19) u Morgan Gibbs-White (45) filwaqt li għal Fulham wieġeb Tosin Adarabioyo (49).

Bournemouth v C. Palace – F’darhom Bournemouth għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0 biex issa telgħu f’żona komda ‘l bogħod mill-periklu tar-relegazzjoni. L-uniku goal tal-partita wasal minn Justin Kluivert (79).

Burnley v Wolves – Burnley spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Wolves. Kien Jacob Bruun Larsen (37) li fetaħ l-iskor għal Burnley iżda Rayan Ait Nouri (45) skorja għall-viżitaturi.

Ekonomija

Sport