Wednesday, April 24, 2024

Preparamenti ‘finali’ biex jibda jingħata l-booster tat-tilqima

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif qed ikun rappurtat minn sorsi mediċi li qed ikun hemm tnaqqis fl-immunità fost ċertu gruppi li ħadu it-tilqima fil-bidu ta’ din is-sena,  għaddejja ħidma intensiva bil-għan li fi żmien qasir dawn l-istess gruppi jibdew jingħataw il-booster tat-tilqima. Sorsi qrib il-Gvern li tkellmu ma’ Talk.mt enfasizzaw li l-preparamenti jinsabu fi stadu finali u hu mistenni li l-booster tibda tingħata fi ftit ġimgħat oħra.  Is-sorsi qrib il-Gvern qalulna li l-awtoritajiet Maltin ordnaw l-booster tat-tiqima kemm għal din is-sena, għas-sena d-dieħla u anke għas-sena 2023.

Tobba li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li “l-parti l-kbira ta’ dawk li qed naraw li huma infettati huma persuni li mhux imlaqqmin. Imma qed ikun hawn nies li tlaqqmu xhur u li qed naraw li l-immunità tagħhom naqset. Din hi xi ħaġa li qed jarawha barra pajjiżna u kienet ukoll mistennija. Illum hemm pajjiżi bħal Iżrael li diġa qegħdin jagħtu it-tilqima tal-booster.”  L-istess tobba qalulna li l-preparamenti jinsabu fl-istadju finali, biex fi żmien qasir dawk li ħadu t-tilqima fil-bidu tas-sena,  jieħdu il-booster.

Fil-Ġermanja se jibdew jagħtu l-booster f’Settembru

Mistoqsi jekk dawk li se jieħdu l-booster għandhom jieħdu tal-istess kumpanija li ħadu l-ewwel u t-tieni tilqima, is-sors mediku qalilna li “sa issa mhux ċar kif se nimxu f’Malta. Li hu żgur hu li barra pajjiżna, anke f’pajjiż bħall-Ġermanja qed jinsistu lli tittieħed il-booster u m’hemmx għalfejn tkun tal-istess kumpanija tat-tilqima tal-bidu. F’dan l-istadju u meta qed naraw kemm hu infettiv il-varjant tad-Delta hemm bżonn li l-protezzjoni tal-poplu kontrieh tibqa’ b’saħħitha”.

Intant fil-Ġermanja tħabbar li l-booster tat-tilqima kontra l-Covid19 se jibda jingħata f’Settembru. L-ewwel li se jirċievu l-booster huma l-anzjani u dak vulnerabbli. Fil-Ġermanja ukoll qam tħassib dwar tnaqqis fl-immunità kontra l-Covid f’ċertu sezzjonijiet ta’ nies. 

F’Iżrael bdew jagħtu l-booster ftit jiem ilu

Kien proprju nhar il-Ħadd li f’Iżrael  bdiet tingħata it-tilqima tal-booster. Il-pjani ta’ Iżrael huma ambizzjużi ħafna u qed jippjanaw li jagħtu 1.5 miljun tilqima lil adulti eleġibbli  ta’ ‘l fuq minn sittin sena fi tmint ijiem. 

F’Iżrael minħabba li ħafna marru għall-booster bdew isiru appelli li hemm bżonn li jkun hemm aktar. u dan biex sa l-aħħar ta’ Awwissu dawk ta’ ‘l fuq minn 60 sena ikunu tlaqqmu. 

Fir-Renju Unit il-pjani huma li t-tilqima tal-booster tibda tingħata ix-xahar id-dieħel. 

Sport