Prestazzjoni brillanti mit-tim Malti tal-atletika tar-relay 4x100m meta fi Grosseto, l-Italja, fuq stedina tal-Federazzjoni Taljana tellaq kontra t-Tim Olimpiku Taljan u kiseb it-tieni l-aqwa ħin fl-istorja f’pajjiżna.
Filfatt Beppe Grillo, Graham Pellegrini, Luke Bezzina u Jeremy Zammit temmew it-tellieqa f’ħin ta’ 40 sekonda.76, 0.13 ta’ sekonda biss ‘il bogħod mir-rekord nazzjonali. Esperjenza importanti ħafna għat-tim Malti meta tellaq kontra t-tim Taljan, li b’atleti ta’ fama mondjali bħal Filippo Tortu, li rebaħ it-tellieqa b’38.04sekonda, it-tielet l-aktar ħin veloċi fl-istorja tal-atletika Taljana.