Saturday, November 9, 2024

Prezzijiet ġodda għal ħalib frisk tal-Benna mit-22 ta’ Diċembru

Aqra wkoll

Malta Dairy Products Ltd. (MDP) se tkun qed taġġusta l-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib frisk tagħha mill-Ġimgħa, 22 ta’ Diċembru, 2023 biex tirrifletti ż-żidiet sinifikanti attwali fil-produzzjoni u l-ispejjeż operattivi.

Il-kumpanija spjegat li l-avvenimenti reċenti madwar id-dinja wasslu għal tfixkil u sfidi għall-industrija li ma jistgħux jibqgħu injorati. Iż-żidiet kostanti u persistenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni u operattivi qed ifissru li l-MDP ma tistax tibqa’ tassorbi dawn l-ispejjeż internament.

Fi stqarrija maħruġa minnha l-Malta Dairy Products qalet li matul l-aħħar ħames snin, il-kumpanija ħasbet biex iżżomm prezzijiet stabbli għall-prodotti tal-ħalib frisk tagħha minkejja li kienet qed tiffaċċja spejjeż dejjem jiżdiedu fil-provvisti, materja prima, u servizzi.

Minkejja l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri li jnaqqsu l-ispejjeż, bħas-simplifikazzjoni tal-operat u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, iż-żieda sinifikanti fl-ispejjeż tax-xiri ma ġewx ikkumpensati għal kollox.

Għaldaqstant, wara konsiderazzjoni bir-reqqa, Malta Dairy Products sabet li huwa imperattiv li taġġusta l-prezzijiet kif xieraq biex taħseb għas-sostenibbiltà tal-Kumpanija filwaqt li tiżgura futur favorevoli għar-raħħala lokali u l-ħaddiema tagħha.

L-aġġustament fil-prezzijiet tal-ħalib frisk se jkun kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq.

Sport