Friday, October 16, 2026
Home Sport UEFA Conference League: Brighton jiddominaw lil Kauno Zalgiris b’erba’ goals

UEFA Conference League: Brighton jiddominaw lil Kauno Zalgiris b’erba’ goals

0
45

Brighton  bdew il-kampanja tagħhom fil-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Conference League b’rebħa konvinċenti ta’ 4-0 kontra Kauno Zalgiris tal-Litwanja fl-Amex Stadium.

Georginio Rutter fetaħ l-iskor fit-41 minuta u Jack Hinshelwood irdoppja fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Rutter kompla jispikka meta skorja t-tieni goal personali tiegħu fit-53 minuta, qabel ma Matt O’Riley issiġilla r-rebħa bir-raba’ goal fis-67 minuta.

B’din il-wirja dominanti, Brighton kisbu bidu mill-aqwa fil-kompetizzjoni Ewropea fejn żammew ukoll ix-xibka intatta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here