Atalanta bdew il-kampanja tagħhom fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Conference League b’rebħa ta’ 3-1 kontra Pafos ta’ Ċipru fl-Istadium New Balance Arena f’Bergamo … biex b’hekk għaqqdu lejla pożittiv fil-kompetizzjonjiet Ewropej mit-timijiet Taljani meta Milan u Juventus ħarġu rebbieħa.
Eljif Elmas fetaħ l-iskor għall-Bergamaschi fit-43 sekonda, filwaqt li Giacomo Raspadori rdoppja minn penalty fit-18-il minuta. Gianluca Scamacca żied it-tielet goal fl-44 minuta, biex Atalanta daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 3-0.
Pafos naqqsu d-distakk permezz ta’ Biel fit-88 minuta, iżda Atalanta żammew il-vantaġġ tagħhom sal-aħħar biex bdew il-kompetizzjoni bi tliet punti.





