Priġunier Malti nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan kien ikkonfermat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Ir-raġel ta’ 45 sena instab għall-ħabta tas-6.35 a.m. L-awtoritajiet qalu li jidher li r-raġel miet mewta naturali.
B’dan il-każ ġew informati l-pulizija tad-distret filwaqt li nħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa.