Monday, December 9, 2024

“Problema globali li teħtieġ soluzzjonijiet globali” 

L-Unjoni Ewropea b’miżuri leġislattivi li jridu jintlaħqu f’dati u livelli speċifiċi… 

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-tibdil tal-klima huwa fuq l-aġenda tal-maġġorparti tal-pajjiżi fid-dinja hekk kif l-effetti negattivi tat-tniġġis li wasslu għal żieda fit-temperaturi qegħdin jikkawżaw temp estrem fuq livell globali. Hekk kif qalet il-Kummissjoni Ewropea, “it-tibdil tal-klima hija problema globali li teħtieġ soluzzjonijiet globali”. Filwaqt li għadd ta’ pajjiżi qegħdin jieħdu diversi miżuri favur l-ambjent, l-Unjoni Ewropea nediet il-European Green Deal, pakett leġislattiv b’għadd ta’ inizjattivi u miżuri li jwittu t-triq għat-tranżizzjoni ħadra bil-mira aħħarija li nilħqu n-newtralità klimatika sas-sena 2050.

“Il-bidla fil-klima u d-degradazzjoni tal-ambjent huma ta’ theddida eżistenzjali kemm għall-Ewropa, kif ukoll għall-bqija tad-dinja. Biex tegħleb dawn l-isfidi, il-European Green Deal se tittrasforma lill-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi tagħha u kompettiva. B’hekk, il-Blokk Ewropew joħloq soċjetà ta’ prosperità fejn ebda persuna jew pajjiż ma jitħalla jaqa’ lura”. 

B’liġijiet ġodda favur l-ambjent l-UE għamlet miri speċifiċi li jridu jintlaħqu sa perjodu ta’ żmien stipulat li jmissu diversi setturi tal-ekonomija. F’Lulju tal-2021, konformi mal-European Green Deal u l-istrateġia għall-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet l-ewwel pakkett leġislattiv – il-“Fit or 55” li jikkonċerna fuq fjuwils marittimi, fjuwils tal-infrastruttura, l-iskambju tal-emissjonijiet u t-tassazzjoni fuq l-enerġija.

Il-politika favur l-ambjent adottata mill-Unjoni Ewropea għandha l-mira li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) b’mill-inqas 55% sal-2030 mqabbla mal-livelli li kellna lura fl-1990. Din il-mira, l-hekk imsejħa “Fit for 55”, tirrikjedi li l-emmissjonijiet jonqsu b’aktar min-nofs fil-perjodu li fadlilna, jiġifieri seba’ snin, inkluża din is-sena li għadna kemm nibdew. 

Il-Kunsill tal-Ewropa adotta ħames liġijiet għal setturi ewlenin tal-ekonomija bħala parti mill-impenn tal-Blokk biex nikkontrollaw il-bidla fil-klima. Dawn il-liġijiet jagħmlu parti mill-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55%” li jistabbilixxi l-politiki tal-UE f’konformità mal-impenn tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport