Bla dubju li bħalissa Ajax Amsterdam għaddejjin minn perjodu negattiv mhux biss fir-riżultati li qed jiksbu iżda wkoll mil-lat amministrattiv.
Wara t-telfa fil-Klassiker kontra Feyenoord bl-iskor kbir ta’ 4-0, it-tim mill-belt kapitali Olandiża għaddej minn turbulenzi amministrattivi. Bil-kowċ Maurice Steijn u d-direttur sportiv Sven Mislintat imdendlin f’xogħolhom, ilbieraħ kien Pier Eringa, president tal-bord ta’ superviżjoni tal-klabb li ta r-riżenja tiegħu.