Friday, December 27, 2024

Protesta oħra mill-bdiewa fi Brussell 

-Jinġabru bit-tractors u jaħarqu t-tyres

Aqra wkoll

Bosta bdiewa taw in-nar lil munzelli ta’ tyres fi Brussell. Dan għamluh waqt potesta li saret ilbieraħ, fejn qegħdin jitolbu għal azzjoni mill-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet li jvarjaw minn prezzijiet ta’ roħs fis-supermarkets għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Dan sar, hekk kif il-ministri tal-agrikoltura ltaqgħu biex jiddiskutu l-kriżi fis-settur.

Aktar minn 100 tractors ipparkjaw madwar il-kwartieri ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Dan kollu ħoloq kaos kbir fil-pajjiż hekk kif iġġammjaw arterji ewlenin ta’ Brussell. 

Bdiewa madwar l-Ewropa ilhom ġimgħat jipprotestaw u jitolbu azzjoni minn dawk li jfasslu l-politika tal-Unjoni Ewropea. Il-bdiewa qed jgħidu li s-settur tagħhom jinsab minn taħt. 

F’kumment li tat lill-midja internazzjonali, bidwija minn Franza talbet lill-UE biex tistabbilixxi prezzijiet minimi ta’ appoġġ u sabiex din toħroġ minn ftehimiet ta’ kummerċ ħieles li jippermettu l-importazzjoni ta’ prodotti barranin irħas.

Żiedet tgħid; “M’aħniex kontra l-politika dwar il-klima. Imma nafu li biex nagħmlu t-tranżizzjoni, għandna bżonn prezzijiet ogħla għall-prodotti għax tiswa aktar biex tipproduċi b’mod ekoloġiku.”

Ekonomija

Sport