Tuesday, April 23, 2024

Protesti fl-Iżrael minħabba abbozz tal-liġi li jdgħajjef il-qrati tal-pajjiż

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif sett kontroversjali ta’ abbozzi ta’ liġi li jdgħajfu l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja ta’ Iżrael għadda mill-ewwel qari tiegħu fil-Knesset, kienu bosta dimostranti li mblukkaw toroq fi bliet madwar l-Iżrael. Dan għaliex ma qablux mat-tibdil li sar matul l-aħħar seba’ ġimgħat.

L-aktar bidliet sinifikanti jippermettu li maġġoranza sempliċi fil-Knesset tħassar id-deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema.Ir-riformi jfittxu wkoll li jibdlu l-mod kif jintgħażlu l-imħallfin, u jneħħu l-konsulenti legali indipendenti tal-ministeri tal-Gvern.

Id-dimostranti f’Ġerusalemm bidlu t-toroq madwar il-Qorti Suprema u l-Knesset f’baħar ta’ bnadar Iżraeljani, li l-organizzaturi kienu qed iqassmu qabel ma bdiet l-attività. Fost id-dimostranti kien hemm ftit għexieren ta’ nisa lebsin ilbiesi ħomor twal u rashom miksijin bojod biex jirapreżentaw ir-rumanz ta’ Margaret Atwood “The Handmaid’s Tale”.

Id-dimostrazzjoni ta’ Ġerusalemm attendew iktar minn 50,000 ruħ f’temp ta’ iktar minn siegħa. Ofer Grinboim Liron, il-Kap Eżekuttiv ta’ Crow Solutions, kumpanija li tispeċjalizza fid-dinamika tal-folla f’avvenimenti u postijiet qalet li minkejja li attendew ħafna, il-ġimgħa l-oħra saret protesta oħra fejn fiha attendew ħafna aktar.

Sport