Sunday, November 24, 2024

“Provvista tal-elettriku lura prijorità fuq id-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ emerġenza”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħalissa kif inhi is-sitwazzjoni ġewwa pajjiżna, il-prijorita’ hi li l-pubbliku hemm barra jingħata l-provvista tal-elettriku lura. Dan minkejja li bosta kienu dawk li dawru s-sitwazzjoni f’ballun politiku u ddikjaraw li minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku Malta għandha tiddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali.

Dan qalitu il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli f’aġġornament ieħor li tat lil ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Hija rrimarkat li l-ħaddiema tal-Enemalta bħalissa għaddejjin b’xogħol kontinwu li jibqa’ sejjer sa tard billejl. Il-Ministru Dalli qalet ukoll kif l-investiment jibqa’ kruċjali biex is-sistema fi xtutna tibqa’ tiġi mġedda u imtejba. 

Dan anke fid-dawl tal-fatt li llum mill-ġdid ġie rreġistrat rekord ieħor fid-domanda għall-elettriku f’pajjiżna hekk kif id-domanda laħħqet is-663 MW. Dan wara li matul il-jum tal-bieraħ il-korporazzjoni ħabbret li rekord fid-domanda ta’ 649 MW.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, Jonathan Cardona qal li minn mindu beda l-qtugħ fil-provvista ġewwa pajjiżna sa issa, it-total ta’ każijiet li fihom kien hemm ħsarat li jammontaw għal 81 każ. Cardona żied jgħid li 53 minnhom ġew solvuti. Huwa kompla biex jispjega li  bħalissa għaddejjin it-tiswijiet fuq tmien każijiet ta’ ħsarat differenti. Cardona qal li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni qegħdin jagħmlu xogħol qatigħ, tant li qegħdin iżommu l-pass ma’ numru ta’ tiswijiet fejn qegħdin isolvu medja ta’ tmien faults kuljum.

Sport