Friday, March 14, 2025

Putin iqajjem domandi dwar il-proposta ta’waqfien mill-ġlied … jgħid imma li jappoġġjaha

Aqra wkoll

Wara l-proposta biex ikun hemm waqfien ta’ xahar, proposta li għall-ewwel ir-Russja ma esprimietx ruħha dwarha għax ma kinitx konsultata u nfurmata biha,  il-President Russu Vladimir Putin staqsa dwar il-waqfien mill-ġlied propost mill-Istati Uniti fl-Ukrajna, u talab għal dik li sejjaħ ‘paċi għat-tul’.

Putin qajjem tħassib dwar kwistjonijiet ewlenin, fosthom min se jsegwi l-fruntieri. Staqsa ukoll dwar is-suspetti li ħarġu immedjatament wara li saret din it-talba u dan kien jekk dan ix-xahar waqfien mill-ġlied hux se jintuża mill-Ukrajna u l-alleati tagħha biex jibnu ħażna ta’ armi. 

Il-President Russu Vladimir Putin iddikjara li “aħna nappoġġjaw, iżda hemm affarijiet li mhumiex ċari.” Hu kien qed jitkellem nhar il-Ħamis f’Moska waqt li kien  mal-President tal-Belarus Aleksandr Lukashenko. “Naqblu mal-proposta li jitwaqqaf il-ġlied, imma dan il-waqfien għandu jwassal għal paċi fit-tul u jelimina l-kawżi ewlenin ta’ din il-kriżi.”

Kompla jgħid li “se nkunu qegħdin naraw kif  se tiżviluppa s-sitwazzjoni f’dan il-kunflitt. Se naqblu dwar il-passi li jmiss biex jintemm il-kunflitt u nilħqu ftehimiet aċċettabbli għal kulħadd.”

Kompla jgħid li “L-ħsieb ta’ waqfien mill-ġlied hu korrett u nappoġġjawh. Iżda hemm kwistjonijiet li rridu niddiskutuhom.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport