Sunday, December 22, 2024

Putin jhedded li jixħet missila nukleari li kapaċi teqred territorji kbar

Aqra wkoll

Il-President Russu, Vladimir Putin, jhedded li jixħet missila nukleari Russa magħrufa bħala ‘Satan II’ jew ’Sarmat missile’ li għandha l-qawwa li tasal l-Ingilterra f’temp ta’ tliet minuti.

Barra minn hekk, il-President Russu ddikjara li r-Russja se tibqa’ ssaħħaħ il-militar tagħha wara li sofriet telfiet sostanzjali fil-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna u faħħar lit-truppi Russi li ġġieldu “qishom eroj”.

Putin ħabbar li l-ewwel lott ta’ din il-missila l-ġdida se jitpoġġa lejn l-aħħar ta’ din is-sena u qal li Sarmat — missila li ġiet ittestjata f’April li għadda — “Se tipproteġi lir-Russja mit-theddid ta’ pajjiżi oħra u ġġiegħel lil dawk kollha li jippruvaw jheddu lil pajjiżna biex jaħsbuha darbtejn qabel ma jagħmlu dan”.

Esperti tal-militar tal-pajjiżi tal-Punent qalu li Sarmat kapaċi teqred territorji kbar daqs l-Ingilterra jew Franza permezz ta’ missila waħda.

Ekonomija

Sport