Sunday, March 16, 2025

“Putin qed ikaxkar saqajh fuq il-waqfien mill-ġlied għal 30 jum fl-Ukrajna” – Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer 

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Keir Starmer akkuża lil President RussuVladimir Putin, li dan qed ikaxkar saqajh biex jaċċetta l-waqfien mill-ġlied mal-Ukrajna.

Dan iddikjarah hekk kif ir-Renju Unit ospita summit virtwali flimkien ma’ diversi mexxejja internazzjonali, li lkoll flimkien qablu fuq pjanijiet għal forza bil-għan li tinżamm iż-żamma tal-paċi. 

Fis-summit virtwali, ħadu sehem fost l-oħrajn, il-President Franċiż, Emmanuel Macron u l-president Ukren, Volodymyr Zelenskyy.

Starmer qal ukoll; “Dan huwa l-mument li nħallu l-armi siekta ħalli l-attakki barbari fuq l-Ukrajna jieqfu darba għal dejjem”

Is-summit tas-Sibt segwiet ġimgħa intensa ta’ diplomazija li fiha uffiċjali Amerikani u Ukraini qablu dwar proposta għal waqfien mill-ġlied ta’ 30 jum, li ngħatat lir-Russja.

F’Kiev, Zelenskyy qal li r-Russja kienet qed tilgħab  logħba sabiex tkun tista’ tidħol f’pożizzjoni militari aktar b’saħħitha qabel kwalunkwe waqfien mill-ġlied.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport