Saturday, December 14, 2024

Qabda kbira ta’ kokaina moħbija f’pakketti ta’ għalf għall-annimali

Aqra wkoll

Kuntrabandisti tad-droga rnexxielhom idaħħlu kwantità kbira ta’ kokaina fl-Ingilterra billi ħbewha f’kaxex tal-larinġ u għalf tal-annimali.

Narkotiċi ta’ purità għolja jġibu l-miljuni ta’ flus fis-suq tat-traffikar tad-droga iżda din il-qabda ta’ kokaina ġiet mikxufa qabel id-droga ddaħħlet fis-suq.

Il-pulizija skoprew din il-provvista massiċċa ta’ drogi ta’ kwalita għolja li oriġinat mill-Kolumbja wara li ntraċċaw ftit minnha f’razzett f’Somerset.

Il-kontejners kienu waslu fil-pajjiż permezz tal-London Gateway Port u ġew segwiti mill-pulizija.

Kważi 190 kilo kokaina nstabu f’kontenituri qrib Bridgwater imgeżwra f’pakketti puliti u moħbija bħala għalf għall-bhejjem.

Il-ġimgħa li għaddiet il-pulizija wettqu seba’ rejds fi proprjetajiet fil-Punent ta’ Londra u arrestaw erba’ rġiel. Fil-proċess, il-pulizija skoprew ukoll 49 kilo kokaina moħbija f’kaxxi tal-larinġ li l-investigaturi jemmnu li ġew mill-Afrika t’Isfel permezz tal-Port ta’ Felixstowe.

Dwar din is-sejba, ġew arrestati tliet irġiel mill-Punent ta’ Londra, ta’ 31, 51 u 60 sena rispettivament, iżda wara nħelsu waqt li l-investigazzjoni qed tkompli.

L-investigazzjoni tal-pulizija wasslet biex ammont kbir ta’ drogi ta’ purità għolja ta’ klassi A jinżammu milli jispiċċaw fit-toroq tal-pajjiż u b’hekk trażżnu kemm it-theddida għall-komunitajiet kif ukoll il-profitti tal-kriminali organizzati li jimportawhom u jfornuhom.

Sadanittant, raġel minn Southall, Ealing, ġie mixli li kkofoffa u għen fl-importazzjoni ta’ droga tal-klassi A. Huwa nżamm arrestat.

Ekonomija

Sport