Thursday, December 26, 2024

“Qatt m’għaddejt minn xi ħaġa hekk”… dak li kien dikjarat li kien katavru nstab li kien għadu jieħu n-nifs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Każ mhux tas-soltu seħħ f’Michigan fejn l-ħaddiem tal-funeral sab li dak li suppost kien katavru ma kienx katavru xejn għax il-persuna kienet għadha ħajja.  Dan il-ġisem kien ġo basket, li wasal għand il-kumpanija tal-funerali.  Il-persuna li suppost kienet mejta għandha l-isem ta’ Timesha Beauchamp.

“Ilni f’dan ix-xogħol għal xejn inqassminn 32 sena. Qatt ma iltqajt ma’ sitwazzjoni bħal din”, qal wieħed mill-ħaddiema ta’ din il-kumpanija tal-funerali.  “Ġbart dak li kellu jkun il-katavru li kien fil-basket u rajt li dak li kelli quddiemi kienet qed tieħu in-nifs. Għajnejha kienu miftuħin.

L-avukat tal-familja, Geoffrey Fieger, li qal li Beauchamp kienet dikjarata mejta u din tpoġġiet fil-basket fid-dar tal-familja tagħha. Wara hi ttieħdet għand James H Coler, li hi kumpanija tal-funerali. 

Timesha kienet tbati minn kundizzjonijiet marbuta man-nifs.   Il-familja tagħha għamlu kuntatt nhar il-Ħadd ma’ 911 minħabba problemi li kellha fin-nifs. Marru paramediċi fid-dar u wara eżamijiet li saru iddikjarawha mejta.

Fieger qal li “hi kellha bżonn trattament. Kellha bżonn tittieħed l-isptar imma minflok ħaduha għand kumpanija tal-funerali.” Hu qal li minkejja li l-paramediċi iddikjarawha mejta, il-membri tal-familja infurmawhom li kienet qed tieħu n-nifs iżda huma qalulhom li dak kien minħabba l-mediċini li kienet ingħatat.

Wara li nstab li Timesha kienet għadha ħajja, il-paramediċi ġew sospiżi. Timesha għadha qed tinżamm l-isptar f’kundizzjoni kritika. 

Ekonomija

Sport