Tuesday, June 16, 2026

‘Qed inħares ‘il quddiem biex inkompli fejn ħalla l-klabb ta’ Floriana matul l-istaġun li għadda’ – Robert Muric

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew, Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-winger Kroat, Robert Murić.

Il-player ta’ 30 sena qed jingħaqad mal-Greens b’esperjenza kbira, wara li lagħab professjonalment fil-Kroazja, l-Olanda, l-Italja, il-Portugall, it-Turkija u s-Slovenja.

Prodott tal-akkademja rinomata ta’ Dinamo Zagreb, Murić lagħab ukoll ma’ Ajax u rrappreżenta diversi klabbs inklużi Rijeka, Konyaspor, Pescara, Braga B u Mura matul il-karriera tiegħu.

Winger lemini li juża wkoll is-sieq ix-xellugija, Murić irreġistra 66 gowl u 55 assist f’aktar minn 300 dehra bħala plejer ma’ timijiet tal-kbar, filwaqt li lagħab ukoll ħames darbiet mat-tim nazzjonali Kroat ta’ taħt il-21 sena.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Robert innifsu fejn tana iktar dettalji.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol meta kelli ħames jew sitt snin. Ġara meta rajt ballun tal-futbol u dak kien meta kulħadd fil-familja kien jaf li se nsir plejer tal-futbol.

Kif ġejt tilgħab f’Malta mill-Kroazja?

Ġejt hawn Malta biex nilgħab faċilment ħafna u malajr qbilna fuq kollox. Id-Direttur Sportiv spjegali kollox dwar il-klabb u l-istorja tal-klabb, rajt li huwa l-aktar klabb rebbieħ ta’ trofej f’Malta u li l-klabb rebaħ il-kampjonat l-istaġun li għadda, se nilagħbu f’kompetizzjonijiet Ewropej allura ddeċidejt faċilment ħafna li niġi nilgħab Malta.

Kif qed tħares ‘il quddiem lejn l-esperjenza l-ġdida tiegħek ma’ Floriana FC?

Naturalment, din hija l-avventura, id-destinazzjoni, il-klabb u l-plejers il-ġodda tiegħi, u nħares ‘il quddiem biex inkompli fejn kien il-klabb l-istaġun li għadda, naturalment nirbaħ dak kollu li hemm x’nirbaħ u nikkwalifika għall-gruppi f’kompetizzjonijiet Ewropej.

Iddeskrivi l-esperjenzi passati tiegħek fil-futbol, fosthom dawk ma’ Dinamo Zagreb, Rijeka, Braga B, Mura u Pescara.

Lgħbt għal ħafna klabbs fl-Ewropa, għaddejt minn ħafna, tgħallimt ħafna f’kull klabb li ħdimt għalih, ħdimt ma’ kowċis u plejers tal-aqwa livell, u kelli relazzjoni tassew tajba ma’ kulħadd, allura nista’ ngħid li jien plejer b’ħafna esperjenza u li nista’ ngħin lill-klabb il-ġdid tiegħi b’dan.

X’inhuma l-għanijiet tiegħek għal dan l-istaġun?

L-għanijiet tiegħi dan l-istaġun huma li nkompli mat-tim minn fejn ħalla u li nitjieb jum b’jum għax kulħadd jarana bħala ċampjins nazzjonali, allura rridu naħdmu aktar biex nirrepetu l-istaġun li għadda b’aktar trofej, u naturalment biex ngħin lit-tim bil-kwalità tiegħi u bil-gowls u l-assists tiegħi.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Qed inħares lejn il-futur biex nibqa’ b’saħħti kemm jista’ jkun sabiex ma jkunx hemm xi injuries kbar, allura naraw x’jiġri u kemm nista’ nilgħab professjonalment.

Għaddi messaġġ finali lil dawk kollha li jixtiequ jibdew karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Irrid ngħid ħaġa waħda biss lill-plejers li jridu jilagħbu l-futbol professjonalment, it-talent mhu xejn mingħajr xogħol serju kuljum u li jissagrifikaw ħafna affarijiet!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport