Friday, December 13, 2024

“Qed jirnexxielna nifhmu lin-nies… in-nies apprezzat il-mod kif ħdimna”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Michael Falzon: Qed jirnexxielna nifhmu lin-nies

“Irridu nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem is-Sibt li għadda fl-eżerċizzju demokratiku. Nirringrazzja b’mod speċjali lil dan il-Partit. L-iktar ħaġa pożittiva hi li r-rebħa hi waħda konviċenti. Li aħna qed jirnexxielna nifhmuhom lin-nies. M’aħniex perfetti. U n-nies qed jirnexxielhom jifhmu lilna.”

Silvio Schembri:  Messaġġ ta’ apprezzament għall-mod kif ħdimna

“Huwa messaġġ ta’ apprezzament għall-mod kif ħdimna, fil-pandemija u anke b’mod inġenerali kif qed jaħdem il-Partit Laburista. Partit li dejjem kien pożittiv u pajjiż li reġa’ rema’ l-politika tan-negattività, tal-odju u tal-għira. Dan hu pajjiż li jrid jimxi ‘l quddiem u l-messaġġ ta’ Malta Flimkien wasal u wasal tajjeb ħafna. Dan id-distakk konsiderevoli jpoġġi responsabbiltà akbar fuqna sabiex kif għamilna fl-2013 u fl-2017 naraw li l-wegħdiet tal-programm elettorali nwettquhom kollha. Għandna tim tajjeb ħafna. Prim Ministru tajjeb ħafna. Sabiex qegħdin f’pożizzjoni li dawk il-wegħdiet li għamilna fil-programm elettorali, minn għada tibda l-ħidma biex nimplimentawhom.”

Ekonomija

Sport