Sunday, December 29, 2024

“Qed ninvestu aktar fil-potenzjal taż-żgħażagħ”

- Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qal li qed inkomplu nuru kemm għandna viżjoni immirata għaż-żgħażagħ billi qed ninvestu dejjem aktar fil-potenzjal tagħhom.

“Għall-ewwel darba fl-istorja qed inniedu l-Forum Konsultattiv taż-Żgħażagħ biex il-vuċi taż-żgħażagħ tkompli tistema’. Dan il-forum se jkun taħt il-kappa tal-Prim Ministru nnifsu,” qal is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

“Il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum hi waħda dinamika, innovattiva u aktar informata minn kwalukwe ġenerazzjonijiet oħra li ġiet qabilna. Ġenerazzjoni li twieldet f’dinja diġitali u teknoloġika u minħabba f’hekk kapaċi tterraq f’passaġġ diġitali li jaqbeż l-orizzonti li aħna, il-ġenerazzjoni ta’ qabel, konna mdorrija fih.”

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti tenna wkoll li s-sena d-dieħla l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) se jkun qiegħed jikkollabora mal-Awtorità Maltija għall-Innnovazzjoni Diġitali biex jiġi mfassal programm tematiku ġdid fis-settur diġitali.

Ekonomija

Sport