Minn Cristian Muscat
INTRODUZZJONI – Rebħet it-tiltlu ta ‘European Champion’ is-sena l-oħra fil-kategorija ta’ taħt l-40 kilo. Barra minn hekk fl-istess kompetizzjoni, rebħet it-titlu tal-aqwa atleta ta’ taħt il-15-il sena fl-Ewropa minħabba li tellat l-iktar punti minn 70 atleta. Madankollu, din is-sena fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena avolja kkompetiet f’kategorija aktar għolja li hija l-kategorija ta’ taħt il-45 kilo, xorta waħda reġgħet kienet mal-aqwa tliet atleti f’din il-kategorija u rnexxielha tikseb tliet midalji tal-bronż. Fil-jiem li għaddew stess ukoll kisbet aktar midalji fil-Commonwealth Championships, midalja tal-fidda fil-kategorija ta taħt il-15-il sena, midalja tal-fidda fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena (Juniors), u midalja tal-bronż fil-kateogrija tas-seniors. Dan filwaqt li riċentement, ħadet sehem b’suċċess fil-European Youth Olympic Festival f’Maribor, fis-Slovenja, fejn kisbet it-tieni post.
Kif għażilt il-weightlifting fost sport ieħor?
Jiena għażilt il-weightlifting minħabba li ommi tagħmel il-crossfit u fil-crossfit hemm element ta’ weightlifting li vera kont insib interessanti meta kont immur naraha titħarreġ.
X’unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-weightlifting?
Irbaħt it-tiltlu ta ‘European Champion’ fi sena 2022 fil-kategorija ta’ taħt l-40 kilo. Barra minn hekk fl-istess kompetizzjoni rbaħt it-titlu tal-aqwa atleta ta’ taħt il-15-il sena fl-Ewropa minħabba li tellajt l-iktar punti minn 70 atleta. Madanakollu, fis-sena 2023 fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena erġajt kont mal-aqwa tliet atleti f’din il-kategorija u irnexxieli nikseb tliet midalji tal-bronż. Ftit wara wkoll ksibt aktar midalji fil-Commonwealth Championships, midalja tal-fidda fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, midalja tal-fidda fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena (Juniors), u midalja tal-bronż fil-kateogrija tas-seniors. U fi sena 2024 minkejja għandi 16-il sena tlajt nikkompeti fil European Junior Championships (katergorija ta’ taħt l-20 sena) u rnexxieli nikseb it-tielet post overall u midalja tal-fidda fil-clean and Jerk.
X’differenza tgħaddi bejn il-weightlifting u l-powerlifting?
Ir-refgħat prinċipali li jintużaw fil-kompetizzjonijiet tal-weigħtlifting huma Snatch u Clean & Jerk filwaqt li fil-powerlifting ir-refgħat prinċipali huma Squat, Bench Press, u Dead lift. Avolja xi refgħat fil-powerlifting bħall-isquat jintużaw fil-weightlifting għat-taħriġ dawn ma jintużawx fil-kompetizzjoni.
Weightlifters Maltin jieħdu sehem regolarment f’kompetizzjonijiet importanti tal-weightlifting madwar id-dinja?
Iva, bosta weighlifters Maltin fosthom Tenishia Thornton u Rylee Borg jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet importanti fil-weightlifting madwar id-dinja bħall-World Championships, European Championships u anke Commonwealth Championships.
X’tikkummenta fuq il-president tal-Malta Weightlifting Association, Jesmond Caruana?
Il-president tal-Malta Weightlifting Association, Jesmond Caruana huwa persuna iddedikata ħafna li jqatta’ l-ħin kollu tiegħu jaħdem biex din l-għaqda timxi il-quddiem. Madanakollu, Jesmond jagħti ħafa opportunitajiet lill-atleti żgħażagħ bħali biex imorru nikkompetu barra minn xtutna. Huwa jieħu ħsieb il-maġġorzanza tax-xogħol tal-assoccjazzjoni filwaqt li jittrenja u jipprepara lill-atleti tat-tim nazzjonali għall-kompetizzjonijiet kbar. B’hekk tista’ tgħid li huwa l-pedament tas-suċċessi li niksbu fil-weightlifting.
X’għajnuna finanzjarja ssibu minn SportMalta u mill-Kumitat Olimpiku Malti?
Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti jinvestu fina l-atleti u jagħtuna xi fondi biex inkunu nistgħu nikkopetu barra minn pajjiżna filwaqt li l-Kumitat Olimpiku Malti anke jagħtina aċċess għal servizzi bħall-fiżjo-terapija mingħajr ħlas.
Kif jirnexxielek tlaħħaq l-istudju personali tiegħek u mal-weightlifting?
Avolja huwa diffiċli li tlaħħaq mal-istudju u l-weigħtlifting xorta waħda jirnexxieli billi nqassam il-ħin sew, u nagħti prioritá lill-weightlifting u l-iskola qabel impenji oħrajn fil-ħajja personali tiegħi.
Xi spejjeż partikolari jinvolvi l-isport tal-weightlifting?
Il-weightlifting jinvolvi spejjeż żgħar bħal xiri ta’ ċerti affarijiet fosthom iż-żarbun tal-weightlifting, is-singlet li tintlibes waqt il-kompetizzjoni u knee sleeves u wrist bands jekk ikun hemm bżonn, peró, dawn l-affarijiet m’humiex neċċesarji malli tibda il-weightlifting għalhekk jistgħu jinxtraw bil-mod il-mod.
U l-weightlifting jinvolvi xejn injuries?
Ovvjament, bħal kwalunkwe sport ieħor, fil-weightlifting jistgħu iseħħu injuries peró jekk ikollok kowċ tajjeb bħalma għandna mal-assoċjazzjoni li jiggwidak u jgħallmek teknika tajba, l-injuries jistgħu jiġu evitati u jseħħu rari.
Konxju wkoll mill-fatt li l-weightlifting jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Agħtina iktar dettalji.
It-taħriġ biss mhux biżżejjed biex tilħaq ċertu livell għoli fil-weightlifting. B’hekk, dieta tajba hija neċessarja. Jiena noqod attenta li niekol dieta varjata, nevita l-ħelu u ikel proċessat bħal junk food u nixrob ħafna ilma. Normalment qabel it-taħriġ nieħu l-carbohydrates biex ikolli l-energija għat-taħriġ filwaqt li wara t-taħriġ nieħu ħafna protein biex tibni u isewwi il-muskoli wara it-taħriġ.
X’sagrifiċċji u commitments partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika?
Il-weightlifting jirrikjedi sagrifiċċji u commitments u trid tkun lest li ċċedi ċertu affarijiet bħal ħruġ biex tattendi it-taħriġ jew tagħżel li tikeol mid-dar flok take away. Trid tkun lest ukoll li tkun konsistenti u anke jekk tkun daqsxejn għajjien jew ma jkollokx aptit, xorta tmur għat-taħriġ.
Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet importanti tal-weightlifting?
Qabel kompettizjoni it-taħriġ ikun daqsxejn diffiċli biex tgħin u tħarreġ lil ġisem għal kompettizjoni u dejjem tiprova tkun aħjar u timxi ‘l quddiem peró fil-gimgħa ta’ qabel il-kompettizjoni l-intensita’ u t-toqol jonqsu u jkolna aktar refgħat għal kunfidenza biex aħna inkunu kunfidenti għall kompettizjoni filwaqt li ġismina jkun straħ u rkupra sew.
Il-weightlifting kif jgħin lill-atleta li jkun qed tipprattikkah mentalment u psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek.
Mentalment u psikoloġikament, il-weightlifting jgħinni biex naqta’ mil-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum u l-ħin li nkun għat-taħriġ, moħħi jiffoka biss fuq ir-refgħat u jgħinni nikkalma u nneħħi l-istress. Anke l-fatt li titla’ fuq stejġ biex tikkompeti u tirrapreżenta lil pajjiżek quddiem ħafna nies tgħinek iżżid il-kunfidenza personali u tagħtik sodisfazzjon kbir.
Il-kompetizzjomijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika hi r-rebħ ta’ dawn il-kopetizzjonijiet. Imma din fuqhiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha?
Jekk il-kompettizjoni tkun bil-kategorija kulħadd li jiżen bejn wieħed u ieħor l-istess jikkompetu kontra xulxin, inti toħroġ tagħmel ir-refgħa quddiem tliet membri tal-ġurija u dawn jeżaminaw il-lift u t-tekinika u jiddeċiedu jekk hux tajba (good lift) jew ħazina (no lift) min jirnexxielu jerfa’ l-aktar piż totali, li huwa l-piż li ntrefa’ fl-isnatch miżjud mal-piż tal-Clean & Jerk jirbaħ l-kompetizzjoni jekk ovvjament il-lifts ikunu validi (good lifts). Jekk is-sistema tkun bil-punti somma tal-bodyweight u l-piż li ntrefa toħroġġ ammot ta’ punti, min jkollu l-aktar punti jirbaħ.
Hemm biżżejjed interess minn persuni żgħażagħ fil-weightlifting f’pajjiżna?
F’dawn l-aħħar snin jidher li l-interess qiegħed jiżdied fost iż-żgħażagħ. Infatti l-maġġoranza tal-atleti fil-weighlifting Malti huma żgħażagħ peró ħdejn sport ieħor xorta waħda għad hemm fejn nimirħu.
Kif tqabbel ir-rizorsi relatati mal-weightlifting li fihom tittrenjaw f’Malta ma’ dawk ikkumparati barra minn Malta?
Ir-riżorsi relatati mal-weightlifting li fihom nitrenjaw Malta huma tajbin u simili għall dawk ta’ barra min Malta peró hemm ċerti affarijiet aktar avvanzati barra minn Malta li għadhom ma daħlux, bħal atleti żgħażagħ full time. Aħna l-atleti żgħażagħ Maltin irridu nkunu kompettivi u ta’ livell għoli filwaqt li nleħqu mal-ħajja akkademika tagħna.
It-taħriġ tagħkom fil-weightlifting fhiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumpartat ma’ dak tan-nisa?
It-taħriġ tagħna fil-weightlifting jikkonsisti minn warm-up, refgħat li nagħmlu fil-kompetizzjoni, eżerċizzji biex jgħinuna ntejbu ir-refgħat tal-kompetizzjoni, eżerċizzji biex insaħħu il-muskoli u nagħlqu billi nagħmlu stretching. Dan ma jagħmilx differenza tkunx raġel jew mara peró l-piż li tuża waqt l-eżerċizzji u r-refgħat jiddependi mis-sess, eta u anke il-livell tiegħek bħala atleta.
Il-media tal-isport f’pajjiżna tagħtikom biżżejjed exposure u pubbliċità?
Avolja il-media f’pajjiżna sena wara sena qed timxi ‘l quddiem u kull sena jkollna aktar exposure, xorta waħda naħseb illi hemm fejn nistgħu nirranġaw.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-weightlifting?
Qed inħares lejn il-futur tiegħi fil-weightlifting b’mod pożittiv filwaqt li nittama li nkompli ntejjeb il-karriera tiegħi bħala atleta nazzjonali u nġib aktar midalji lejn pajjiżna.